Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0410

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012 tal- 14 ta' Mejju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU L 126, 15.5.2012, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/410/oj

    15.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 126/3


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 410/2012

    tal-14 ta' Mejju 2012

    li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u f'konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK tal-14 ta' Mejju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħra fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (3)

    Addizzjonalment, l-informazzjoni relattiva għal tliet persuni elenkati fil-lista fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata, u persuna waħda għandha titneħħa mil-lista,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 36/2012.

    Artikolu 2

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

    (2)  Ara paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS 1

    Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Adib Mayaleh

    Imwieled fl-1955, f'Daraa

    Adib Mayaleh huwa responsabbli mill-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

    15.5.2012

    2.

    Salim Altoun, magħruf ukoll bħala Saleem Altoun, magħruf ukoll bħala Abu Shaker

    President u Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Altoun Group

    Imwieled fl-1940 f'Caracas, il-Venezwela

    Għandu ċittadinanza Venezwelana, numru tal-identifikazzjoni 028173131 (probabbilment jippossjedi passaport Venezwelan).

    Għandu residenza Lebaniża u numru tal-permess tax-xogħol 1486/2011

    Jagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim. Involut fi skema permezz tal-Altoun Group biex jiġi esportat iż-żejt Sirjan mal-kumpannija elenkata Sytrol sabiex jiġi pprovdut dħul għar-reġim.

    15.5.2012

    3.

    Youssef Klizli

    Assistent ta' Salim Altoun

    Jagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim. Għen lil Salim Altoun biex joħloq skema permezz tal-Altoun Group biex jiġi esportat iż-żejt Sirjan mal-kumpannija elenkata Sytrol sabiex jiġi pprovdut dħul għar-reġim.

    15.5.2012


    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    General Organisation of Tobacco

    Salhieh Street 616, Damasku, Sirja

    Tagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. Il-General Organisation of Tobacco hija kollha proprjetà tal-istat Sirjan. Il-profitti li tagħmel l-organizzazzjoni, inkluż permezz tal-bejgħ tal-liċenzji biex jitqiegħdu fis-suq ditti barranin tat-tabakk u taxxi imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ditti barranin ta' tabakk, jiġu ttrasferiti għall-istat Sirjan.

    15.5.2012

    2.

    Altoun Group

    Altoun Group

    Maaraba Damascus Countryside

    North Circular Highway

    Damascus

    Sirja

    tel.: 00963-11-5915685

    Postal Box 30484

    1987 US SIC Codes 6719

    NACE Codes 7415

    Tagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. L-entità hija involuta fi skema biex jiġi esportat iż-żejt Sirjan mal-kumpannija elenkata Sytrol sabiex jiġi pprovdut dħul għar-reġim.

    15.5.2012


    ANNESS II

    1.

    L-entrati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt:

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    Manal Al Assad (a.k.a. Manal Al Ahmad)

    Twieldet: 02.02.1970

    Post tat-twelid: Damasku

    Nru tal-passaport (Sirjan): 0000000914

    Isem ta’ xebba: Al Jadaan

    Konjuġi ta’ Maher Al Assad, u b’hekk tibbenefika minn, u assoċjata mill-qrib mar-reġim.

    23.3.2012

    Issam Anbouba

    President ta' Anbouba for Agricultural Industries Co.

    Twieled fl-1952 f'Homs, is-Sirja

    Jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-apparat ripressiv u għall-gruppi paramilitari li jużaw il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Jipprovdi proprjetà (binjiet, imħażen) għal ċentri ta’ detenzjoni improvviżati. Għandu relazzjonijiet finanzjarji ma’ uffiċjali għoljin Sirjani.

    2.9.2011

    Mazen al-Tabba

    Twieled: 01.01.1958

    Post tat-twelid: Damasku

    Nru tal-passaport (Sirjan): 004415063 li jiskadi 06.05.2015

    Soċju kummerċjali ta’ Ihab Makhlouf u Nizar al-Assad (soġġetti għal sanzjonijiet fit-23/08/2011); ko-proprjetarju, flimkien ma’ Rami Makhlouf, tal-kumpanija tal-kambju monetarju Al-Diyar lil-Saraafa (a.k.a. Diar Electronic Services), li tappoġġa l-politika tal-Bank Ċentrali tas-Sirja

    23.3.2012

    2.

    L-entrata li tinsab hawn taħt għandha titneħħa:

    68.

    Saqr Khayr Bek.


    Top