This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0343
Commission Implementing Regulation (EU) No 343/2012 of 19 April 2012 fixing the export refunds on beef and veal
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 343/2012 tad- 19 ta’ April 2012 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 343/2012 tad- 19 ta’ April 2012 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
ĠU L 108, 20.4.2012, p. 26–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2012; Imħassar b' 32012R0534
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32012R0257 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32012R0534 |
20.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 343/2012
tad-19 ta’ April 2012
li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti elenkati fit-Taqsima XV tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, tista’ tkun koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-ammont tar-rifużjoni jista’ jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju hekk kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5) jipprovdi għal tnaqqis fir-rifużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f’piż tal-qatgħat li ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità. |
(6) |
Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2012 (6). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar. |
(7) |
Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta’ rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 għandha titnaqqas b’EUR 2,3/100 kg.
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) Nru 257/2012 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(5) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.
(6) ĠU L 84, 23.3.2012, p. 32.
ANNESS
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-laħam taċ-ċanga applikabbli mill-20 ta’ April 2012
Kodiċi tal-prodott |
Destinazzjoni |
Unità ta’ kejl |
Rifużjonijiet |
||||||||||||||
0102 21 10 9140 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
8,6 |
||||||||||||||
0102 21 30 9140 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
8,6 |
||||||||||||||
0102 31 00 9100 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
8,6 |
||||||||||||||
0102 31 00 9200 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
8,6 |
||||||||||||||
0102 90 20 9100 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
8,6 |
||||||||||||||
0102 90 20 9200 |
B00 |
EUR/100 kg piż ħaj |
8,6 |
||||||||||||||
0201 10 00 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
12,2 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
7,2 |
|||||||||||||||
0201 10 00 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
16,3 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
9,6 |
|||||||||||||||
0201 20 20 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
16,3 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
9,6 |
|||||||||||||||
0201 20 30 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
12,2 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
7,2 |
|||||||||||||||
0201 20 50 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
20,4 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
12,0 |
|||||||||||||||
0201 20 50 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
12,2 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
7,2 |
|||||||||||||||
0201 30 00 9050 |
US (3) |
EUR/100 kg piż nett |
2,2 |
||||||||||||||
CA (4) |
EUR/100 kg piż nett |
2,2 |
|||||||||||||||
0201 30 00 9060 (6) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
7,5 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
2,5 |
|||||||||||||||
B04 |
EUR/100 kg piż nett |
28,3 |
|||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
16,6 |
|||||||||||||||
EG |
EUR/100 kg piż nett |
34,5 |
|||||||||||||||
B04 |
EUR/100 kg piż nett |
17,0 |
|||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
10,0 |
|||||||||||||||
EG |
EUR/100 kg piż nett |
20,7 |
|||||||||||||||
0202 10 00 9100 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
5,4 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
1,8 |
|||||||||||||||
0202 20 30 9000 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
5,4 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
1,8 |
|||||||||||||||
0202 20 50 9900 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
5,4 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
1,8 |
|||||||||||||||
0202 20 90 9100 |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
5,4 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
1,8 |
|||||||||||||||
0202 30 90 9100 |
US (3) |
EUR/100 kg piż nett |
2,2 |
||||||||||||||
CA (4) |
EUR/100 kg piż nett |
2,2 |
|||||||||||||||
0202 30 90 9200 (6) |
B02 |
EUR/100 kg piż nett |
7,5 |
||||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg piż nett |
2,5 |
|||||||||||||||
1602 50 31 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
7,8 |
||||||||||||||
1602 50 31 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
6,9 |
||||||||||||||
1602 50 95 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
7,8 |
||||||||||||||
1602 50 95 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg piż nett |
6,9 |
||||||||||||||
|
(*) Hekk kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.
(1) L-entrata taħt dan is-sottotitolu hija suġġetta għas-sottomissjoni taċ-ċertifikat li jidher fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).
(2) Ir-refużjoni hija garantita, bir-riserva tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21), u jekk applikabbli, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7).
(3) Imwettqa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006. p. 7).
(4) Imwettqa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008. p. 3).
(5) Ir-refużjoni hija garantita bir-riserva tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).
(6) L-ammont ta’ laħam dgħif taċ-ċanga mingħajr xaħam huwa determinat skont il-proċedura deskritta fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).
It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun hekk kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun għandu jittieħed minn dik il-biċċa tal-kunsinna li tippreżenta l-akbar riskju.