EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0294

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 294/2012 tat- 3 ta’ April 2012 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 98, 4.4.2012, p. 7–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/294/oj

4.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 294/2012

tat-3 ta’ April 2012

li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw il-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I (il-lista), f'punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tkun irriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom jitqiesu, minn tal-inqas, is-sorsi ta’ informazzjoni msemmijin f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f’pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali mressqa lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista teħtieġ li tkun emendata.

(4)

B'mod partikolari, il-lista għandha tkun emendata bit-tħassir tal-annotazzjonijiet għall-prodotti li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ sigurtà previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom, għalhekk, ma għadux iġġustifikat livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali.

(5)

Barra minn hekk, il-lista għandha tkun emendata billi tiżdied il-frekwenza tal-kontroll uffiċjali għall-prodotti li għalihom l-istess sors ta' informazzjoni juri grad ogħla ta' nonkonformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti li jkun jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali.

(6)

Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet fil-lista ta’ ċerti importazzjonijiet mill-Indja u għal ċerti prodotti mill-pajjiżi terzi kollha għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

L-emenda fil-lista li tikkonċerna t-tħassir tal-annotazzjonijiet għal ċerti prodotti għandha tapplika mill-aktar fis possibbli, peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie indirizzat. Bl-istess mod, dawk l-emendi għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(8)

Wara li jitqies l-għadd ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2012.

Madankollu, l-emendi tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jikkonċerna t-tħassir tal-annotazzjonijiet tal-Capsicum annuum (imfarrak jew mitħun), Kari (prodotti tal-bżar aħmar), Curcuma longa (żagħfran tal-Indja) u Żejt aħmar tal-palm għall-kontaminazzjoni possibbli ta' żebgħat tas-Sudan għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Il-kodiċi NM (1)

Pajjiż ta’ oriġini

Periklu

Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u tal-identità

(%)

Ġellewż

(bil-qoxra jew bla qoxra)

0802 21 00 ; 0802 22 00

L-Azerbajġan (AZ)

Aflatossini

10

(Għalf u Ikel)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Taljarini mnixxfa

ex 1902

Iċ-Ċina (CN)

Aluminju

10

(Ikel)

 

Pomelos

ex 0805 40 00

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (11)

20

(Ikel — frisk)

 

Weraq tat-tè (iswed u aħdar)

ex 0902

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (10)

10

(Ikel)

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (3)

50

Bettieħa morra

(Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ; ex 0710 80 95

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ; 0805 10 80

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (7)

10

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk)

0809 30 90

Rummien

ex 0810 90 75

Frawli

0810 10 00

(Ikel — frott u ħaxix friski)

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (12)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

Il-Gana (GH)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

(Għalf u Ikel)

 

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

ex 1211 90 85

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (5)

50

(Ikel —ħwawar friski)

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

Kari (prodotti mill-bżar aħmar)

0910 91 05

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 , 0908 12 00

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 21 00 , 0908 22 00

Ġinġer

(Zingiber officinale)

0910 11 00 , 0910 12 00

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

0910 30 00

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Addittivi tal-għalf u taħlitiet minn qabel

ex 2309 ; 2917 19 90 ; ex 2817 00 00 ; ex 2820 90 10 ; ex 2820 90 90 ; ex 2821 10 00 ; ex 2825 50 00 ; ex 2833 21 00 ; ex 2833 25 00 ; ex 2833 29 20 ; ex 2833 29 80 ; ex 2835 ; ex 2836 ; ex 2839 ; 2936

L-Indja (IN)

Kadmju u ċomb

10

(Għalf)

 

Okra

ex 0709 99 90

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (2)

10

(Ikel - frisk)

 

Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99

In-Niġerja (NG)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

Il-Perù (PE)

Aflatossini u Okratossina A

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

frott imnixxef ieħor tal-ġenus Capsicum (għajr Capsicum annuum), sħiħ

ex 0904 21 90

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

Bżar (għajr dak ħelu) (Capsicum spp)

ex 0709 60 99

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (9)

10

(Ikel - frisk)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (6)

10

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

ex 1211 90 85

Nagħniegħ

ex 1211 90 85

(Ikel —ħwawar friski)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

20

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

ex 1211 90 85

(Ikel — ħwawar friski)

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

50

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

Ħxejjex tal-ġenus brassica

0704 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ; 0710 80 51

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (8)

10

Tadam

0702 00 00 ; 0710 80 70

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

0806 20

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

Karawett, bil-qoxra

1202 41 00

L-Afrika t'Isfel (ZA)

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat "ex" (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

(2)  Partikolarment ir-residwi ta’: Aċefat, Metamidofos, Triażofos, Endosulfan, Monokrotofos, Metomil, Tiodikarb, Diafentjuron, Tiametoksam, Fipronil, Ossamil, Aċetamiprid, Indossakarb, Mandipropamid.

(3)  Partikolarment ir-residwi ta’: Amitraz, Aċefat, Aldikarb, Benomil, Karbendażim, Klorfenapir, Klorpirifos, CS2 (Ditjokarbamati), Diafentjuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol, Dimetoat, Endosulfan, Fenamidon, Imidakloprid, Malatjon, Metamidofos, Metjokarb, Metomil, Monokrotofos, Ometoat, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tiabendażol, Tiakloprid.

(4)  Partikolarment ir-residwi ta’: Aċefat, Karbaril, Karbendażim, Karbofuran, Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat, Etjon, Malatjon, Metalassil, Metamidofos, Metomil, Monokrotofos, Ometoat, Profenofos, Protjofos, Kwinalfos, Triadimefon, Triażofos, Dikrotofos, EPN, u Triforin.

(5)  Partikolarment ir-residwi ta’: Triażofos, Ossidemeton-metil, Klorpirifos, Aċetamiprid, Tiametossam, Klotianidin, Metamidofos, Aċefat, Proparġit, Monokrotofos.

(6)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(7)  Partikolarment ir-residwi ta’: Karbendażim, Ċiflutrin, Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat, Etjon, Fenitrotjon, Fenpropatrin, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċialotrin, Metjokarb, Metomil, Ometoat, Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.

(8)  Partikolarment ir-residwi ta’: Metomil, Ossamil, Karbendażim, Klofenteżin, Diafentjuron, Dimetoat, Formetanat, Malatjon, Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(9)  Partikolarment ir-residwi ta’: Karbofuran, Metomil, Ometoat, Dimetoat, Triażofos, Malatjon, Profenofos, Protjofos, Etjon, Karbendażim, Triforina, Proċimidon, Formetanat.

(10)  Partikolarment ir-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Is-somma tal-iżomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralin; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta’ triadimefon u triadimenol), Ċipermerin (ċipermetrin inklużi taħlitiet oħrajn ta’ iżomeri kostitwenti (is-somma ta’ iżomeri)).

(11)  Partikolarment ir-residwi ta’: Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta’ triadimefon u triadimenol), Paratijon-metil, Fentoat, Metidatijon.

(12)  Partikolarment ir-residwi ta’: Karbofuran (is-somma), Klorpirifos, Ċipermetrin (is-somma), Ċiprokonażol, Dikofol (is-somma), Difenokonażol, Dinotefuran, Etjon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż, Propikonażol, Tiofanat-metil u Triforin.”


Top