Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0091

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2012 tat- 2 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 31, 3.2.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/91/oj

3.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 91/2012

tat-2 ta’ Frar 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162) bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-7 ta’ Settembru 2011 (2), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-Bacillus subtilis (CBS 117162) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa umana jew l-ambjent, u li l-użu tiegħu jista’ jtejjeb iż-żieda fil-piż tal-ispeċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2011; 9(9):2375.


ANNESS

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Disposizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-għalf komplut b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana.

4b1824

Krka d.d.

Bacillus subtilis

(CBS 117162)

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162) li fiha minimu ta’ 4 × 109 CFU/g addittiv (f’forma granulari).

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-ispori tal-Bacillus subtilis (CBS 117162)

 

Il-metodu analitiku  (1)

 

L-enumerazzjoni: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

 

Identifikazzjoni: metodu ta’ elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

Ħnieżer (miftuma)

Ħnieżer tas-simna

2 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għal ħnieżer (miftuma) sa 35 kg.

3.

Għas-sigurtà: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

it-23 ta’ Frar 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinkisbu minn dan l-indirizz tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top