Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0061

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2012 tal- 24 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL

    ĠU L 22, 25.1.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/61/oj

    25.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 22/8


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 61/2012

    tal-24 ta’ Jannar 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1), 148 u 156 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2) jistipula li għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319, 09.4321 (speċifiċi skont il-pajjiż) u għaz-zokkor mill-Balkani, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor għandhom ikunu akkumpanjati mil-liċenzji tal-esportazzjoni oriġinali.

    (2)

    Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numru tal-ordni 09.4320 (kwalunkwe pajjiż terz) mhijiex meħtieġa l-preżentazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni.

    (3)

    Is-implifikazzjoni tar-rekwiżiti amministrattivi bil-għan tal-aċċess għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL għall-importazzjonijiet fl-Unjoni permezz tal-eliminazzjoni tar-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-konċessjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż tagħti lok għall-possibbiltà li tkun inkoraġġita l-kompetizzjoni bejn l-operaturi u li jkun assigurat funzjonament tas-suq b’anqas xkiel. Peress li r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandha tibqa’ soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini, din is-simplifikazzjoni tista’ tinkiseb bla ħsara għall-possibbiltà li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex ikunu sodisfatti li t-tranżazzjonijiet ikunu twettqu b’mod korrett.

    (4)

    Sabiex tkun assigurata tranżizzjoni bla xkiel għar-rekwiżiti amministrattivi simplifikati, huwa xieraq li jkun previst id-diferiment tal-applikazzjoni tagħhom għall-1 ta’ Frar 2012.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “4.   Għaz-zokkor mill-Balkani, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mil-liċenzji tal-esportazzjoni oriġinali skont il-mudell fl-Anness II, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-kwantità msemmija fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ma tistax taqbeż il-kwantità mniżżla fil-liċenzji tal-esportazzjoni.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


    Top