This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0056
Council Regulation (EU) No 56/2012 of 23 January 2012 amending Regulation (EU) No 961/2010 on restrictive measures against Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 56/2012 tat- 23 ta' Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 56/2012 tat- 23 ta' Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 19, 24.1.2012, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 23/03/2012; Imħassar b' 32012R0267
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010R0961 | Żieda | artikolu 19 BI | 24/01/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32012R0267 |
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/10 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 56/2012
tat-23 ta' Jannar 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) li jikkonferma l-miżuri restrittivi meħuda sa mill-2007 u li jipprevedi miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran sabiex jikkonforma mar-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-miżuri ta' akkumpanjament kif mitluba mill-Kunsill Ewropew fid-Dikjarazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010. |
(2) |
Dawn il-miżuri restrittivi jinkludu l-iffriżar tal-assi ta' ċerti persuni u entitajiet. |
(3) |
Fit-23 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK li biha żied istituzzjonijiet finanzjarji mal-lista ta' persuni jew entitajiet milquta, li fir-rigward tagħhom kienu previsti derogi speċifiċi li jikkonċernaw il-finanzjament tal-kummerċ. |
(4) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal- Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Huwa għalhekk neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, sabiex jiġu inkorporati id-derogi msemmija hawn fuq. |
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan tal-aħħar għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 huwa emendat kif ġej: Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 19a
1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 16 ma għandhomx japplikaw għal:
(a) |
dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat, abbażi ta' każ b'każ, li l-pagament ma tirċevihx, direttament jew indirettament, kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Anness VII jew VIII; jew |
(b) |
trasferiment magħmul mill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew permezz tiegħu, ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi sabiex tipprovdi lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri bil-likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ, dment li t-trasferiment ikun ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti. |
2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 16 ma għandhomx jipprojbixxu lill-Bank Tejarat, għal perijodu ta' xahrejn, mid-data li fiha ġie nominat, milli jagħmel ħlas minn fondi u riżorsi ekonomiċi riċevuti u ffriżati wara d-data tan-nomina tiegħu jew milli jirċievi ħlas wara d-data tan-nomina tiegħu, sakemm:
(a) |
tali ħlas huwa dovut b'rabta ma' kuntratt speċifiku ta' kummerċ; u |
(b) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat abbażi ta' każ b'każ li l-ħlas mhuwiex se jiġi riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkati fl-Anness VII u l-Anness VIII.". |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1.