Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0026

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2012 tat- 12 ta’ Jannar 2012 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill- 1 sas- 6 ta’ Jannar 2012 skont is-subkwota IV fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

    ĠU L 9, 13.1.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/26/oj

    13.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 9/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 26/2012

    tat-12 ta’ Jannar 2012

    li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 skont is-subkwota IV fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament "Waħdieni dwar l-OKS") (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 3 112 030 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam f'erba' subkwoti.

    (2)

    L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 iffissa l-kwantità tas-subkwota IV (numru tas-serje 09.4133) għal 122 790 tunellata, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2012.

    (3)

    Min-notifika skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament imsemmi, jirrigwardaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

    (4)

    Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota IV msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-perjodu attwali tal-kwota.

    (5)

    Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja għall-importazzjoni fl-ambitu tas-subkwota IV msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 2,484571 %.

    2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mis-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, fil-kuntest tas-subkwota IV msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għall-perjodu attwali tal-kwota.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2012.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.


    Top