Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D1215(01)

    Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja 20 ta’ Novembru 2012 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

    ĠU C 389, 15.12.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    15.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/2


    DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

    20 ta’ Novembru 2012

    dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

    2012/C 389/02

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

    wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

    billi, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-1 ta’ Novembru 2012, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-lista ta’ jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

    TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-lista ta’ jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

    L-Ewwel tas-Sena,

    It-Tnejn ta’ wara l-Għid,

    L-Ewwel ta’ Mejju,

    L-Axxensjoni,

    It-Tnejn ta’ wara Pentekoste,

    It-23 ta’ Ġunju,

    Il-15 ta’ Awwissu,

    L-1 ta’ Novembru,

    Il-25 ta’ Diċembru,

    Is-26 ta’ Diċembru.

    Artikolu 2

    Għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma ffissati kif ġej:

    Milied 2012: mit-Tnejn 17 ta’ Diċembru 2012 sal-Ħadd 6 ta’ Jannar 2013 inklużi,

    Għid 2013: mit-Tnejn 25 ta’ Marzu 2013 sal-Ħadd 7 ta’ April 2013 inklużi,

    Sajf 2013: mit-Tnejn 15 ta’ Lulju 2013 sal-Ħadd l-1 ta’ Settembru 2013 inklużi.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 20 ta’ Novembru 2012.

    Ir-Reġistratur

    A. CALOT ESCOBAR

    Il-President

    V. SKOURIS


    Top