Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D1212(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2012 li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali

ĠU C 382, 12.12.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2015

12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2012

li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali

2012/C 382/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra t-tliet persuni nominati ppreżentati lill-Kunsill mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rappreżentanti ta' min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015. Madankollu din id-Deċiżjoni ma inkludietx il-membri kollha li ser jinħatru.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturin membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Il-Portugall

Is-Sinjura Ana Maria SANTOS GOUVEIA LOPES

Is-Slovakkja

Is-Sur Martin HOSTAK

Ir-Renju Unit

Is-Sinjura Kate LING

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DEMOSTHENOUS


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.


Top