This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0811
Council Decision 2012/811/CFSP of 20 December 2012 amending Decision 2010/788/CFSP concerning restrictive measures against the Democratic Republic of the Congo
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/811/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/811/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ĠU L 352, 21.12.2012, p. 50–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010D0788 | Żieda | anness Test | 21/12/2012 | |
Modifies | 32010D0788 | Żieda | artikolu 4 P.3.C Test | 21/12/2012 | |
Modifies | 32010D0788 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 21/12/2012 |
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/811/PESK
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1) li timponi miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo. |
(2) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2078 (2012) tat-28 ta’ Novembru 2012 emendat il-kriterji biex persuni u entitajiet jiġu inklużi ma’ dawk soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fil-paragrafi 9 u 11 tal-UNSCR 1807 (2008). |
(3) |
UNSCR 2078 (2012) żiedet ukoll eżenzjoni oħra għall-miżuri mniżżla fil-paragrafu 9 tal-UNSCR 1807 (2008). |
(4) |
Fit-12 u t-30 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet li twaqqaf skont l-UNSCR 1533 (2004) żied persuni oħrajn mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra l-persuni u, kif ikun adatt, l-entitajiet li ġejjin, indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 4(3), qed tiżdied il-frażi li ġejja wara l-punt (c): “jew meta tali dħul jew transitu jkun meħtieġ biex jitwettaq il-proċess ġudizzjarju.”. |
Artikolu 2
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. FLOURENTZOU
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
ANNESS
PERSUNI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 2
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid/post tat-twelid |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni |
MAKENGA, Sultani |
Kurunell Sultani Makenga Emmanuel Sultani Makenga |
fil-25 ta’ Diċembru 1973. Rutshuru, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
Kongoliż Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. |
Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta’ M23 (magħruf ukoll bħala l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi nisa u tfal fil-mira f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati, inkluż qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta’ M23 fir-reklutaġġ u l-użu ta’ tfal f’kunflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta’ Sultani Makenga, M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li joperaw taħt il-kmand ta’ Sultani Makenga wettqu stupri madwar it-territorju ta’ Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta’ Rutshuru. Taħt il-kmand ta’ Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta’ reklutaġġ furzat ta’ tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta’ tfal. Ħafna mir-rekluti tfal furzati kienu taħt l-età ta’ 15-il sena. Makenga ġie rrappurtat ukoll li rċieva armi u materjal relatat fi ksur ta’ miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inklużi ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta’ armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta’ Makenga bħala l-mexxej ta’ M23 inkludew ksur serju tal-liġi internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u iggravaw il-kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ sigurtà, spostament, u kunflitt fir-reġjun. |
12.11.2012 |
NGARUYE WA MYAMURO, Baudoin |
Kurunell Baudoin NGARUYE |
1978, Lusamambo, it-territorju ta’ Lubero, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. |
Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23) FARDC ID: 1-78-09-44621-80 |
F’April 2012, Ngaruye mexxa l-irvell tas-CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta’ esperti dwar ir-RDK kienu rrakkomandaw preċendentament li jiġi inkluż fil-lista fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta’ tfal bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010 għall-M23. Huwa wettaq qtil, mankament u ħtif, ħafna drabi bin-nisa jkunu fil-mira. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009, fil-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC), huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta’ Shalio, f’Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjon u salarji f’Masisi u Walikale taħt ordnijiet diretti mingħand Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta’ Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b’mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. |
30.11.2012 |
KAINA, Innocent |
Kurunell Innocent KAINA “India Queen” |
Bunagana, it-territorju ta’ Rutshuru, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
|
Innocent Kaina bħalissa huwa Kmandant Settorjali fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali. F’Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġġjon ta’ Kinxasa sab lil Kaina responsabbli għal atti kriminali kontra l-umanità li saru fid-Distrett ta’ Ituri, bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta’ paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati ta’ eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta’ Masisi. Bħala Kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Ntaganda, huwa ta bidu għall-irvell tal-ex-CNDP fit-territorju ta’ Rutshuru f’April 2012. Huwa żgura s-sigurtà ta’ dawk li rvellaw li kienu minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F’Lulju 2012 vjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta’ mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23. |
30.11.2012 |