Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0622(02)

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ġunju 2012 li taħtar esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 182, 22.6.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/07/2015

    22.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Ġunju 2012

    li taħtar esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 182/06

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 61a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar sitt esperti xjentifiċi indipendenti bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza.

    (2)

    L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha taħtar dawk il-membri bil-ħsieb li tiżgura li l-ispeċjalizzazzjoni rilevanti tkun disponibbli fi ħdan il-Kumitat.

    (3)

    Skont l-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, saret sejħa pubblika għal turija ta' interess mill-Kummissjoni.

    (4)

    Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin li jibda fit-2 ta' Lulju 2012 u li jista' jiġġedded darba.

    (5)

    Meta espert xjentifiku indipendenti li jkun inħatar b'din id-Deċiżjoni ma jibqax kapaċi jikkontribwixxi effiċjentement fil-ħidma tal-Kumitat jew jirreżenja, il-Kummissjoni tista' tissostitwixxi lil dan il-membru mil-lista ta' riserva, għall-kumplament tal-mandat tal-membru,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma hawnhekk maħtura membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza għal terminu ta’ tliet snin li jibda fit-2 ta’ Lulju 2012:

    Jane Ahlqvist RASTAD,

    Marie Louise DE BRUIN,

    Stephen J. W. EVANS,

    Brigitte KELLER-STANISLAWSKI,

    Hervé LE LOUET,

    Lennart WALDENLIND.

    Artikolu 2

    Dawn li ġejjin jitpoġġew hawnhekk fil-lista ta' riserva skont l-ordni tal-mertu:

    Thierry TRENQUE,

    Michael THEODORAKIS,

    Giampiero MAZZAGLIA,

    Marie-Christine PERAULT-POCHAT,

    Annemarie HVIDBERG HELLEBEK.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


    Top