Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0491

    2012/491/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP

    ĠU L 234, 31.8.2012, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/491/oj

    31.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 234/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-23 ta' Lulju 2012

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP

    (2012/491/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), ġie emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3) u ġie emendat għat-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”). It-tieni emenda ġiet applikata provviżorjament mill-31 ta' Ottubru 2010.

    (2)

    L-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE jistabbilixxi Kunsill tal-Ministri AKP-UE bis-setgħa li jieħu deċiżjonijiet b’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

    (3)

    B’konformità mal-paragrafu 6 tal-Anness 1b għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jista’, f’isem il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, jassenja mill-ġdid xi fondi bejn l-allokazzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Anness, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar taħt waħda minn dawn l-allokazzjonijiet.

    (4)

    Il-bilanċ tal-fondi disponibbli bħala parti mill-pakkett tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP mhux biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar li rriżultaw mir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu. Huwa meħtieġ li, mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ, EUR 195 miljun jiġu ttrasferiti għall-pakkett maħsub għall-koperazzjoni Intra-AKP sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati azzjonijiet ibbażati fuq il-prijoritajiet eżistenti kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati tal-AKP, inkluża rikostituzzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika li tammonta għal EUR 100 miljun.

    (5)

    L-Unjoni għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għall-benefiċċju tal-allokazzjoni maħsuba għall-koperazzjoni Intra-AKP,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-kooperazzjoni Intra-AKP għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Bidliet formali u minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mingħajr il-bżonn li tiġi emendata din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Unjoni Afrikana u organizzazzjonijiet reġjonali biex jindirizzaw l-isfidi ta' sigurtà madwar l-Afrika, EUR 100 miljun mir-riallokazzjoni finanzjarja ta’ EUR 195 miljun, għandhom jiġu rriservati għall-Fond għall-Paċi fl-Afrika.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 35 p. 399–404.

    (2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 35 p. 3-379.

    (3)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f' Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 33–70).

    (4)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

    ta' …

    dwar l-assenjar mill-ġdid ta' parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP

    IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u emendat għat-tieni darba f’Ouagadougo fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u partikolarment il-paragrafu 6 tal-Anness Ib ta' tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-fondi li baqa’ mill-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) Intra-AKP mhumiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar li rriżultaw mir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu Intra-AKP tal-10 FEŻ.

    (2)

    Sabiex tkun tista' tkompli tipprovdi rispons rapidu u effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta’ kunflitti vjolenti fl-Afrika, hemm bżonn ta' rikostituzzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika.

    (3)

    Sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet tal-UE u l-AKP, l-ammont meħtieġ mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għandu jiġi ttrasferit għall-pakkett maħsub għall-koperazzjoni Intra-AKP.

    (4)

    Huwa xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta din id-deċiżjoni mingħajr dewmien,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Koperazzjoni Intra-AKP

    Ammont ta’ EUR 195 miljun għandu jiġi ttrasferit mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għall-pakkett maħsub għall-kooperazzjoni Intra-AKP, skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 11, 28, 29 u 30 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

    Artikolu 2

    Talba għall-finanzjament

    B'konformità mal-Artikolu 12b(a) tal-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jitlob lill-Kummissjoni tiffinanzja l-attivitajiet proposti mill-UE u mill-Grupp ta' Stati tal-AKP, rispettivament, u b’mod partikulari biex tipprovdi finanzjament addizzjonali għall-Fond għall-Paċi fl-Afrika ta' EUR 100 miljun, sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Unjoni Afrikana u organizzazzjonijiet reġjonali biex jindirizzaw l-isfidi ta' sigurtà madwar l-Afrika.

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi …

    Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

    Il-President


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 35 p. 3–379.

    (2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f' Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 33–70).

    (3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).


    Top