This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0420
Council Decision 2012/420/CFSP of 23 July 2012 amending Decision 2011/782/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK tat- 23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK tat- 23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 196, 24.7.2012, p. 59–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011D0782 | Żieda | artikolu 19 .10 | 24/07/2012 | |
Modifies | 32011D0782 | Żieda | artikolu 17 TR | 24/07/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012D0420R(01) | (SV) | |||
Repealed by | 32012D0739 |
24.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/420/PESK
tat-23 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1). |
(2) |
Sabiex isaħħu aktar l-infurzar tal-miżuri li jinsabu fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu sejrin is-Sirja fil-portijiet u l-ajruporti tagħhom, u fl-ibħra territorjali tagħhom, bil-kunsens, kif meħtieġ skont id-dritt internazzjonali, tal-Istat tal-bandiera, jekk l-Istati Membri kkonċernat ikollu informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti u inġenji tal-ajru tinkludi armi jew ekwipaġġ, merkanzija jew teknoloġija li jistgħu jintużaw għar-ripressjoni interna u li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti jew soġġetti għall-awtorizzazzjoni skont id-Deċiżjoni 2011/782/PESK. |
(3) |
Barra minn hekk, għandha tiġi inkluża deroga mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi fir-rigward ta' trasferiment ta' fondi dovuti b'rabta mal-provvediment ta' appoġġ finanzjarju għaċ-ċittadini Sirjani li jkunu qed isegwu edukazzjoni, taħriġ professjonali jew ikunu impenjati f'riċerka akkademika fl-Unjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17b 1. Jekk l-Istati Membri ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet raġonevoli sabiex jemmnu li l-merkanzija ta' bastimenti u inġenji tal-ajru sejrin lejn is-Sirja tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti taħt l-Artikolu 1jew soġġetti għall-awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 1a, huma għandhom, f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, u ftehimiet dwar it-trasport marittimu, jispezzjonaw tali bastimenti fil-portijiet u l-ajruporti tagħhom, kif ukoll fil-ibħra territorja tagħhom, skont id-deċiżjonijiet u l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom u bil-kunsens, kif meħtieġ skont id-dritt internazzjonali, tal-Istat tal-bandiera. 2. L-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u konsistentement mad-dritt internazzjonali, għandhom, malli jiskopruhom, jissekwestraw u jiddisponu minn dawk l-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti taħt l-Artikolu 1 jew 1a. 3. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, mal-ispezzjonijiet u d-disponimenti li jsiru skont il-paragrafi 1 u 2. 4. L-inġenji tal-ajru u l-bastimenti li jittrasportaw merkanzija lejn is-Sirja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla jew it-tluq tal-merkanzija kollha li tiddaħħal fi Stat Membru jew toħroġ minnu.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej: “10. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-trasferiment, minn jew permezz ta' entità finanzjarja elenkata fl-Anness I jew II, ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi fejn it-trasferiment ikun relatat ma' ħlas minn persuna jew entità mhux elenkata fl-Anness I jew II b'rabta mal-provvediment ta' appoġġ finanzjarju għaċ-ċittadini Sirjani li jkunu qed isegwu edukazzjoni, taħriġ professjonali jew ikunu impenjati f'riċerka akkademika fl-Unjoni, sakemm l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina, fuq bażi ta’ każ b’każ, li l-ħlas ma jasalx direttament jew indirettament għand persuna jew entità msemmija f'paragrafu 1.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fi il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.