This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0369
2012/369/EU: Council Decision of 22 June 2012 abrogating Decision 2010/285/EU on the existence of an excessive deficit in Germany
2012/369/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 2012 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/285/UE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Ġermanja
2012/369/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 2012 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/285/UE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Ġermanja
ĠU L 179, 11.7.2012, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32010D0285 |
11.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Ġunju 2012
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/285/UE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Ġermanja
(2012/369/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, permezz tad-Deċiżjoni 2010/285/UE (1), konsegwentement għal proposta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 126(6) tat-Trattat, il-Kunsill iddeċieda li fil-Ġermanja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit ġenerali tal-gvern ippjanat għall-2009 kien ta’ 3,7 % tal-PDG, li kien ogħla mit-3% tal-valur ta’ referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross ġenerali tal-gvern kien ippjanat li jilħaq l-74,2 % tal-PDG fl-2009, u b’hekk ‘il fuq minn 60 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG skont it-Trattat (2). |
(2) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2009, f’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (3), il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għamel rakkomandazzjoni indirizzata lill-Ġermanja bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2013. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata. |
(3) |
L-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattati jeħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dejta dwar defiċit u dejn tal-gvern u dwar fatturi varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (4). |
(4) |
Meta jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk il-previżjonijiet tal-Kummissjoni jindikaw li d-defiċit mhux se jaqbeż il-limitu ta' 3 % tal-PDG tul iż-żmien previst (5). |
(5) |
Fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifika mill-Ġermanja qabel l-1 ta’ April 2012 u fuq il-bażi tal-previżjonijiet tar-rebbiegħa 2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 126(12) tat-Trattat, deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru konċernat. |
(7) |
Il-Kunsill ifakkar li b’bidu mis-sena wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tagħha, il-Ġermanja tinsab f’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin (2012-2014), li matulu r-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jitqies bħala sodisfatt jekk il-pajjiż jagħmel progess suffiċjenti lejn il-konformità mal-valur referenzjali tat-tnaqqis fid-dejn, f’konformità mal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. L-aġġustament fiskali ppjanat mill-Ġermanja fil-programm ta’ stabbiltà tagħha huwa konsistenti mal-progress suffiċjenti lejn il-konformità mal-valur referenzjali tat-tnaqqis fid-dejn fit-tmiem tat-tranżizzjoni. |
(8) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Ġermanja ġie kkorreġut u d-Deċiżjoni 2010/285/UE għandha għalhekk tiġi revokata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Ġermanja ġiet ikkorreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/285/UE hija b’dan revokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY
(1) ĠU L 125, 21.5.2010, p. 38.
(2) Id-defiċit ġenerali u d-dejn tal-gvern għall-2009 sussegwentement ġew riveduti u attwalment qiegħdin 3,2 % tal-PDG u 74,4 % tal-PDG rispettivament.
(4) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(5) F’konformità mal-“Specifications on the implementation of the Stability and Growth Pact and Guidelines on the format and content of Stability and Convergence Programmes”, kif miftiehma mill-Kunsill fl-24 ta’ Jannar 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf