This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0353
2012/353/EU: Council Decision of 22 June 2012 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union and the Republic of Moldova amending the Agreement between the European Community and the Republic of Moldova on the facilitation of the issuance of visas
2012/353/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi
2012/353/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi
ĠU L 174, 4.7.2012, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/353/oj
4.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ġunju 2012
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi
(2012/353/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008. |
(2) |
Fil-11 ta' April 2011 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Moldova dwar l-emendi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’viżi. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’viżi dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’viżi (“il-Ftehim”) fit-22 ta' Marzu 2012. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) mogħtija s-setgħa tal-firma tal-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. VESTAGER
(1) ĠU L 334, 19.12.2007, p. 169.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.