Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0256

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK tal- 14 ta' Mejju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ĠU L 126, 15.5.2012, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/256/oj

    15.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 126/9


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/256/PESK

    tal-14 ta' Mejju 2012

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, għandhom jiġu inklużi aktar persuni u entitajiet fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

    (3)

    Addizzjonalment, l-informazzjoni relattiva għal tliet persuni elenkati fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha tiġi aġġornata, u persuna waħda għandha titneħħa mil-lista,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

    Artikolu 2

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 319, 02.12.2011, p. 56.


    ANNESS 1

    Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Adib Mayaleh

    Imwieled fl-1955, f'Daraa

    Adib Mayaleh huwa responsabbli mill-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

    15.5.2012

    2.

    Salim Altoun, magħruf ukoll bħala Saleem Altoun, magħruf ukoll bħala Abu Shaker

    President u Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Altoun Group

    Imwieled fl-1940 f'Caracas, il-Venezwela

    Għandu ċittadinanza Venezwelana, numru tal-identifikazzjoni 028173131 (probabbilment jippossjedi passaport Venezwelan).

    Għandu residenza Lebaniża u numru tal-permess tax-xogħol 1486/2011

    Jagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim. Involut fi skema permezz tal-Altoun Group biex jiġi esportat iż-żejt Sirjan mal-kumpannija elenkata Sytrol sabiex jiġi pprovdut dħul għar-reġim.

    15.5.2012

    3.

    Youssef Klizli

    Assistent ta' Salim Altoun

    Jagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim. Għen lil Salim Altoun biex joħloq skema permezz tal-Altoun Group biex jiġi esportat iż-żejt Sirjan mal-kumpannija elenkata Sytrol sabiex jiġi pprovdut dħul għar-reġim.

    15.5.2012


    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    General Organisation of Tobacco

    Salhieh Street 616, Damasku, Sirja

    Tagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. Il-General Organisation of Tobacco hija kollha proprjetà tal-istat Sirjan. Il-profitti li tagħmel l-organizzazzjoni, inkluż permezz tal-bejgħ tal-liċenzji biex jitqiegħdu fis-suq ditti barranin tat-tabakk u taxxi imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ditti barranin ta' tabakk, jiġu ttrasferiti għall-istat Sirjan.

    15.5.2012

    2.

    Altoun Group

    Altoun Group

    Maaraba Damascus Countryside

    North Circular Highway

    Damascus

    Sirja

    tel.: 00963-11-5915685

    Postal Box 30484

    1987 US SIC Codes 6719

    NACE Codes 7415

    Tagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. L-entità hija involuta fi skema biex jiġi esportat iż-żejt Sirjan mal-kumpannija elenkata Sytrol sabiex jiġi pprovdut dħul għar-reġim.

    15.5.2012


    ANNESS II

    1.

    L-entrati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt:

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    Manal Al Assad (a.k.a. Manal Al Ahmad)

    Twieldet: 02.02.1970

    Post tat-twelid: Damasku

    Nru tal-passaport (Sirjan): 0000000914

    Isem ta’ xebba: Al Jadaan

    Konjuġi ta’ Maher Al Assad, u b’hekk tibbenefika minn, u assoċjata mill-qrib mar-reġim.

    23.3.2012

    Issam Anbouba

    President ta' Anbouba for Agricultural Industries Co.

    Twieled fl-1952 f'Homs, is-Sirja

    Jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-apparat ripressiv u għall-gruppi paramilitari li jużaw il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Jipprovdi proprjetà (binjiet, imħażen) għal ċentri ta’ detenzjoni improvviżati. Għandu relazzjonijiet finanzjarji ma’ uffiċjali għoljin Sirjani.

    2.9.2011

    Mazen al-Tabba

    Twieled: 01.01.1958

    Post tat-twelid: Damasku

    Nru tal-passaport (Sirjan): 004415063 li jiskadi 06.05.2015

    Soċju kummerċjali ta’ Ihab Makhlouf u Nizar al-Assad (soġġetti għal sanzjonijiet fit-23/08/2011); ko-proprjetarju, flimkien ma’ Rami Makhlouf, tal-kumpanija tal-kambju monetarju Al-Diyar lil-Saraafa (a.k.a. Diar Electronic Services), li tappoġġa l-politika tal-Bank Ċentrali tas-Sirja

    23.3.2012

    2.

    L-entrata li tinsab hawn taħt għandha titneħħa:

    68.

    Saqr Khayr Bek.


    Top