Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0239

    2012/239/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Mejju 2012 li taħtar tliet membri Spanjoli u żewġ membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 119, 4.5.2012, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/239/oj

    4.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 119/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-2 ta’ Mejju 2012

    li taħtar tliet membri Spanjoli u żewġ membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2012/239/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Pedro CASTRO VÁZQUEZ, is-Sur Jordi HEREU I BOHER u s-Sur Alberto RUIZ-GALLARDÓN JIMÉNEZ, saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sa Paz FERNÁNDEZ FELGUEROSO u s-Sur Andrés OCAÑA RABADÁN, saru vakanti żewġ postijiet ta' membri supplenti.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b'dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

    a)

    bħala membri:

    is-Sur Juan Ignacio ZOIDO ÁLVAREZ, Alcalde de Sevilla

    is-Sur Abel CABALLERO ÁLVAREZ, Alcalde de Vigo

    is-Sa Nuria MARÍN MARTÍNEZ, Alcaldesa de Hospitalet de Llobregat

    u

    b)

    bħala membri supplenti:

    is-Sur Ramón ROPERO MANCERA, Alcalde de Villafranca de los Barros

    is-Sur Jordi SAN JOSÉ I BUENAVENTURA, Alcalde de Sant Feliú de Llobregat (Barcelona).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. VESTAGER


    (1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

    (2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


    Top