EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0114
2012/114/EU: Council Decision of 14 February 2012 on the position to be taken by the European Union within the General Council of the World Trade Organization on the request for a WTO waiver on additional autonomous trade preferences granted by the European Union to Pakistan
2012/114/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Frar 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tat-talba għal deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan
2012/114/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Frar 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tat-talba għal deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan
ĠU L 52, 24.2.2012, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Frar 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tat-talba għal deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan
(2012/114/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni attwalment qiegħda fil-proċess li tadotta leġiżlazzjoni biex tagħti preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali lill-Pakistan. Fin-nuqqas ta’ deroga mill-obbligi tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT 1994), safejn hu possibbli, ikun jeħtieġ li t-trattament ipprovdut minn dawk il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali jiġi estiż għall-Membri l-oħra kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Għaldaqstant huwa xieraq li tintalab deroga mill-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-Artikolu XIII GATT 1994, safejn hu possibbli, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
(2) |
L-Unjoni ressqet tali talba għal deroga fit-18 ta’ Novembru 2010, u rrivedietha fis-26 ta’ Ottubru 2011 u d-19 ta’ Jannar 2012, u li l-Kunsill Ġenerali tad-WTO għandu jiddiskutiha. |
(3) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita pożizzjoni meħuda mill-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO dwar din it-talba, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija li tapprova d-deroga tad-WTO fuq preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan
Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LIDEGAARD