This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0056
2012/56/EU: Commission Decision of 31 January 2012 adjusting the thresholds referred to in Articles 157(b) and 158(1) of Regulation (EC, Euratom) No 2342/2002 laying down detailed rules for the implementation of the Financial Regulation
2012/56/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Jannar 2012 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju
2012/56/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Jannar 2012 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju
ĠU L 29, 1.2.2012, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32010D0078 |
1.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Jannar 2012
rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju
(2012/56/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 271 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 (2) emenda l-limiti applikabbli fil-qasam tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku previsti mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3). |
(2) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza, għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002. |
(3) |
Peress li l-limiti emendati mir-Regolament (UE) Nru 1251/2011 huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012, din id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll mill-1 ta’ Jannar 2012. Jeħtieġ għalhekk li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/78/UE tad-9 ta’ Frar 2010 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (4) m’għadhiex valida u għaldaqstant għandha tiġi rrevokata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-valuri f’euro tal-livelli applikabbli għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku għandhom ikunu stabbiliti kif ġej:
— |
EUR 5 000 000 fl-Artikolu 157(b); |
— |
EUR 130 000 fl-Artikolu 158(1)(a); |
— |
EUR 200 000 fl-Artikolu 158(1)(b); |
— |
EUR 5 000 000 fl-Artikolu 158(1)(c). |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/78/UE hija rrevokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(2) ĠU L 319, 2.12.2011, p. 43.
(3) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(4) ĠU L 37, 10.2.2010, p. 73.