Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0052

2012/52/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Jannar 2012 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fil-Ġermanja u fil-Pajjiżi l-Baxxi li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2010 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 369)

ĠU L 27, 31.1.2012, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/52/oj

31.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Jannar 2012

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fil-Ġermanja u fil-Pajjiżi l-Baxxi li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2010

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 369)

(It-testi bil-Ġermaniż u l-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2012/52/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/272/UE (2) approvat, għas-sena finanzjarja 2010, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kollha ħlief għall-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Rheinland-Pfalz”, l-aġenzija tal-pagamenti Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA” u l-aġenzija tal-pagamenti Olandiża “Dienst Regelingen”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta’ informazzjoni ġdida u wara kontrolli addizzjonali, il-Kummissjoni issa tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Rheinland-Pfalz” u l-aġenzija tal-pagamenti Olandiża “Dienst Regelingen”.

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas [pagamenti] u ta’ korpi oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu determinati billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2010, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont minn jew iżżidu mal-pagament ta’ kull xahar marbut mal-infiq li sar fit-tieni xahar wara dak li fih tittieħed id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

(4)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru kkonċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit tal-UE, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mis-sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tal-imsemmi Regolament jobbliga lill-Istati Membri biex iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport sommarju dwar il-proċeduri ta’ rkupru meħuda b’rispons għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Fir-Regolament (KE) Nru 885/2006 hemm stipulati regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-Anness III għar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabella mudell li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2011. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(5)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u dawk li aktarx isiru jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex ikunu ddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(6)

Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagament ikkonċernati, il-Kummissjoni trid tqis l-ammonti li diġà tnaqqsu lill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/272/UE.

(7)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-UE nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Rheinland-Pfalz” u l-aġenzija tal-pagamenti Olandiża “Dienst Regelingen” li jikkonċernaw infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), fir-rigward tas-sena finanzjarja 2010 huma b’dan approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew pagabbli lil kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 119, 7.5.2011, p. 70.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS

APPROVAZZJONI TA' KONTIJIET TA' AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2010

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru

SM

 

2010 - Infiq/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagament li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Total inkluż it-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti li saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru (2)

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/272/UE

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru (2)

approvati

diżassoċjati

= infiq/dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

i

j = h – i

DE

EUR

5 573 405 084,75

0,00

5 573 405 084,75

–7 108 483,29

– 779 304,45

5 565 517 297,01

5 565 435 172,87

82 124,14

84 373,43

–2 249,29

NL

EUR

895 187 155,61

0,00

895 187 155,61

–0,03

–5 835,72

895 181 319,86

894 473 110,44

708 209,42

0,00

708 209,42


SM

 

Infiq (3)

Dħul assenjat (3)

Fond taz-Zokkor

Artikolu 32 (= e)

Total (= h)

Infiq (4)

Dħul assenjat (4)

05 07 01 06

6701

05 02 16 02

6803

6702

k

l

m

n

o

p = k + l + m + n + o

DE

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

–2 249,29

–2 249,29

NL

EUR

714 045,14

0,00

0,00

0,00

–5 835,72

708 209,42


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li tqiesu fis-sistema tal-pagament, li magħhom ġew miżjuda b'mod partikolari l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett lejn id-dati ta' skadenza tal-pagament stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2010.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lil Stat Membru l-ammont li tiqes huwa, it-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (kol. a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa diżassoċjata (kol. b). Rata tal-kambju applikabbli:

l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(3)  Jekk il-parti tad-Dħul Assenjat tagħti vantaġġ?? tkun għall-vantaġġ tal-Istat Membru, trid tkun iddikjarata taħt 05 07 01 06.

(4)  Jekk il-parti tad-Dħul Assenjat tal-Fond taz-Zokkor, tkun għall-vantaġġ tal-Istat Membri, trid tkun iddikjarata taħt 05 02 16 02.

NB: Nomenklatura 2012: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803


Top