EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0042

2012/42/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Jannar 2012 li taħtar il-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

ĠU L 24, 27.1.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/03/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/42(1)/oj

27.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2012

li taħtar il-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

(2012/42/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/249/KE (2) sabiex jaħtar lis-Sur Johnny ÅKERHOLM bħala l-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal perijodu ta’ tliet snin mit-23 ta’ Marzu 2009.

(2)

Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar President ġdid sabiex jassumi l-funzjoni meta jiskadi l-mandat li beda fit-23 ta’ Marzu 2009.

(3)

Taħt l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE, il-President m’għandux ikun membru attwali ta’ uffiċċju nazzjonali tal-istatistika jew tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Thomas WIESER huwa b’dan maħtur President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għal perijodu ta’ tliet snin mit-23 ta’ Marzu 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.

(2)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 30.


Top