This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1314
Commission Regulation (EU) No 1314/2011 of 13 December 2011 establishing a prohibition of fishing for cod in Greenland waters of NAFO 0 and 1; Greenland waters of V and XIV by vessels flying the flag of Germany
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1314/2011 tat- 13 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1314/2011 tat- 13 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
ĠU L 334, 16.12.2011, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
16.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1314/2011
tat-13 ta’ Diċembru 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE, (2) jistabbilixxi kwoti għall-2011. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.
ANNESS
Nru |
84/T&Q |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Stokk |
COD/N01514 |
Speċi |
Merluzz (Gadus morhua) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV |
Data |
26.11.2011 |