This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1263
Commission Implementing Regulation (EU) No 1263/2011 of 5 December 2011 concerning the authorisation of Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773), Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037), Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) and Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) as feed additives for all animal species Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2011 tal- 5 ta’ Diċembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773), Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037), Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) u Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2011 tal- 5 ta’ Diċembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773), Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037), Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) u Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 322, 6.12.2011, p. 3–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 22/07/2023; Imħassar b' 32023R1341
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32020R1092 | Sostituzzjoni | anness punt 1k2082 | 16/08/2020 | |
Modified by | 32021R0426 | Sostituzzjoni | anness Test | 16/08/2020 | |
Repealed by | 32023R1341 | 23/07/2023 |
6.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1263/2011
tal-5 ta’ Diċembru 2011
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773), Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037), Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) u Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773), Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037), Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) u Pediococcus pentosaceus (DSM 12834). Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773), Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037) Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) u Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011 dwar Lactobacillus buchneri (DSM 16774) (2), Lactobacillus buchneri (DSM 12856) (3) u dwar Lactobacillus brevis (DSM 12835) (4), li dawn il-mikroorganiżmi ma għandhomx effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-għalf iffermentat mill-foraġġ kollu billi jżidu l-produzzjoni aċetika li tirriżulta fi stabbiltà aerobika estiża tal-għalf iffermentat. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011 dwar Lactobacillus paracasei (DSM 16245) (5), Lactobacillus paracasei (DSM 16773) (6), Lactobacillus plantarum (DSM 12836) (7) Lactobacillus plantarum (DSM 12837) (8), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121) (9) Lactococcus lactis (NCIMB 30160) (10) Pediococcus acidilactici (DSM 16243) (11) u dwar Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) (12), u fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Settembru 2011 dwar Lactococcus lactis (DSM 11037) (13) li dawn il-mikroorganiżmi ma għandhomx effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-għalf iffermentat mill-foraġġ kollu billi jnaqqsu l-pH u jżidu l-preservazzjoni tal-materja niexfa. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773),Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037), Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) u Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) turi li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Konsegwentement, l-użu ta’ dawk il-mikroorganiżmi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mikro-organiżmi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf iffermentat”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2011; 9(9):2359.
(3) EFSA Journal 2011; 9(9):2361.
(4) EFSA Journal 2011; 9(9):2368.
(5) EFSA Journal 2011; 9(9):2363.
(6) EFSA Journal 2011; 9(9):2370.
(7) EFSA Journal 2011; 9(9):2367.
(8) EFSA Journal 2011; 9(9):2362.
(9) EFSA Journal 2011; 9(9):2365.
(10) EFSA Journal 2011; 9(9):2366.
(11) EFSA Journal 2011; 9(9):2364.
(12) EFSA Journal 2011; 9(9):2369.
(13) EFSA Journal 2011; 9(9):2374.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
CFU/kg ta’ materjal frisk |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-għalf iffermentat. |
|||||||||||||||||||||||||
1k2074 |
— |
Lactobacillus buchneri (DSM 16774) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2075 |
— |
Lactobacillus buchneri (DSM 12856) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2076 |
— |
Lactobacillus paracasei (DSM 16245) |
|
L-ispeċi tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2077 |
— |
Lactobacillus paracasei (DSM 16773) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2078 |
— |
Lactobacillus plantarum (DSM 12836) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2079 |
— |
Lactobacillus plantarum (DSM 12837) |
|
L-ispeċi tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k20710 |
— |
Lactobacillus brevis (DSM 12835) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k20711 |
— |
Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2081 |
— |
Lactococcus lactis (DSM 11037) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2082 |
— |
Lactococcus lactis (NCIMB 30160) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
|
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2102 |
— |
Pediococcus acidilactici (DSM 16243) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
— |
— |
|
26.12.2021 |
||||||||||||||||
1k2103 |
— |
Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) |
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha |
— |
— |
— |
|
26.12.2021 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta’ hawn taħt tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx