Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1091

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1091/2011 tas- 27 ta’ Ottubru 2011 li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1023/2011

    ĠU L 281, 28.10.2011, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1091/oj

    28.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/23


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1091/2011

    tas-27 ta’ Ottubru 2011

    li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1023/2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1023/2011 tal-14 ta' Ottubru 2011 li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward l-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi għal żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti.

    (2)

    Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu tal-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu tal-għajnuna.

    (3)

    Abbażi tal-offerti mressqa b’risposta għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti, huwa f’loku li jiġi ffissat l-ammont massimu tal-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-25 ta' Ottubru 2011

    (4)

    Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (5)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-25 ta' Ottubru 2011 fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1023/2011, l-ammont massimu ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p.1

    (2)  ĠU L 270, 15.10.2011, p. 22.

    (3)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3


    ANNESS

    (EUR/tunnellata/jum)

    Prodott

    Ammont massimu tal-għajnuna

    Żejt verġni taż-żebbuġa

    1,3


    Top