EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1071

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1071/2011 tal- 20 ta’ Ottubru 2011 li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 3448/80 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1979, dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-merkanzija koperta bir-Regolamenti (KEE) Nru 3033/80 u (KEE) Nru 3035/80

ĠU L 284, 31.10.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1071/oj

31.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1071/2011

tal-20 ta’ Ottubru 2011

li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 3448/80 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1979, dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-merkanzija koperta bir-Regolamenti (KEE) Nru 3033/80 u (KEE) Nru 3035/80

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-1979, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni qed jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġislazzjoni li hija fis-seħħ.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/80 (1) kien jipprevedi miżuri tranżitorji għall-kummerċ f’Merkanzija tat-tip li mhix fl-Anness I bejn il-KE u l-Greċja bejn l-1 ta’ Novembru 1981 u l-31 ta’ Lulju 1982. Ladarba l-Greċja issa hija Membru sħiħ, dak ir-Regolament sar obsolet, u għandu konsegwentament jiġi rtirat mill-aquis tal-Unjoni fis-seħħ.

(3)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 3448/80 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 3448/80 huwa b’dan imħassar.

2.   It-tħassir tar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1, u

(b)

il-kontinwazzjoni tal-validità tal-emendi magħmula mir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 lil atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni li mhumiex revokati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 359, 31.12.1980, p. 18. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 3, Vol 04, p. 250.


Top