Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0950

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011 tat- 23 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU L 247, 24.9.2011, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2012; Imħassar b' 32012R0036

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/950/oj

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 247/3


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 950/2011

    tat-23 ta’ Settembru 2011

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 rigward miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2).

    (2)

    Permezz tar-Regolament (UE) Nru 878/2011 (3), il-Kunsill emenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi l-miżuri kontra s-Sirja, inkluża espansjoni tal-kriterji tal-elenkar, u probizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni taż-żejt mhux raffinat mis-Sirja.

    (3)

    Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK (4) li emendat id-Deċiżjoni 2011/273/PESK, il-Kunsill qabel fuq l-adozzjoni ta’ aktar miżuri, jiġifieri projbizzjoni tal-investiment fis-settur taż-żejt mhux raffinat, iż-żieda ta’ aktar elenkar, il-projbizzjoni li jiġu kkonsenjati karti tal-flus u muniti Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja u xi aġġustamenti għad-dispożizzjonijiet li jipproteġu lill-operaturi ekonomiċi kontra klejms relatati mal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet.

    (4)

    Dawk il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (5)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih mal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-punt li ġej

    “(j)

    ‘persuna, entità jew korp Sirjani’ tfisser:

    (i)

    l-Istat tas-Sirja jew kwalunkwe awtorità pubblika tiegħu;

    (ii)

    kwalunkwe persuna fiżika fis-Sirja, jew residenti hemmhekk;

    (iii)

    kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fis-Sirja;

    (iv)

    kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fis-Sirja jew barra minnha, li jkunu, direttament jew indirettament, proprjetà ta’ wieħed jew waħda jew aktar mill-persuni jew korpi msemmijin hawn fuq, jew ikunu kkontrollati minnhom;”;

    (2)

    Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 2a

    Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, direttament jew indirettament, karti tal-flus u muniti ġodda b’denominazzjoni Sirjana, stampati fl-UE, lill-Bank Ċentrali tas-Sirja.”;

    (3)

    Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 3c

    1.   Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

    (a)

    l-għoti ta’ kwalunkwe selfa jew kreditu finanzjarju lil kwlunkwe persuna, entità jew korp Sirjani msemmija fil-paragrafu 2;

    (b)

    il-kisba jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’xi persuna, entità jew korp Sirjani msemmija fil-paragrafu 2;

    (c)

    il-ħolqien ta’ kwalunkwe impriża konġunta ma’ xi persuna, entità jew korp Sirjani msemmija fil-paragrafu 2;

    (d)

    il-parteċipazzjoni, konxja u b’intenzjoni, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) (b) u (c).

    2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjani involuti fit-tiftix għaż-żejt jew fil-produzzjoni jew fir-raffinar tiegħu.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2 biss, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “esplorazzjoni ta’ żejt mhux raffinat” tinkludi l-esplorazzjoni għar-riservi taż-żejt, u t-tiftix u l-ġestjoni tagħhom, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ġeoloġiċi marbuta ma’ tali riservi;

    (b)

    “raffinar taż-żejt” tfisser l-ipproċċessar, il-kondizzjonament jew it-tħejjija taż-żejt għall-bejgħ finali tal-karburanti.

    4.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1:

    (a)

    għandhom ikunu bla ħsara għat-twettiq ta’ obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet li ġew konklużi qabel it-23 ta’ Settembru 2011;

    (b)

    ma jwaqqafx l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni tkun obbligu skont ftehim li ġie konkluż qabel it-23 ta’ Settembru 2011.”

    (4)

    L-Artikolu 10a huwa mibdul b’li ġej:

    “Artikolu 10a

    M’għandhom jingħataw l-ebda klejms, inklużi għal kumpens jew indemnifikazzjoni jew kwalunkwe klejm oħra ta’ din ix-xorta, bħal klejm għal tpaċija, multi jew klejms taħt garanzija, klejms għal estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja, inklużi klejms li jirriżultaw minn ittri ta’ kreditu jew minn strumenti simili b’rabta ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom ikun intlaqat, direttament jew indirettament, kollu jew parti minnu, bil-miżuri imposti permezz ta’ dan ir-Regolament, lill-Gvern tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li li tikklejma permezz tagħhom jew għall-benefiċċju tagħhom.”

    Artikolu 2

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.

    (2)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1

    (3)  ĠU L 228, 3.9.2011, p. 1

    (4)  Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS I

    Fl-Annexx II għar-Regolament (UE) Nru 442/2011, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' inklużjoni fil-lista

    1.

    Tayseer Qala Awwad

    Data tat-twelid: 1943; Post tat-Twelid Damasku

    Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ tal-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu.

    23.09.2011

    2.

    Dr. Adnan Hassan Mahmoud

    Data tat-twelid: 1966; Post tat-Twelid Tartous

    Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu.

    23.09.2011


    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' inklużjoni fil-lista

    1.

    Addounia TV (magħrufa wkoll bħala Dounia TV)

    Telefon:+963-11-5667274, +963-11-5667271,

    Fax:+963-11-5667272

    Sit web:

    http://www.addounia.tv

    Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

    23.09.2011

    2.

    Cham Holding

    Cham Holding Building Daraa Highway - Ashrafiyat Sahnaya

    Rif Dimashq – Sirja P.O Box 9525 Tel +963 (11) 9962 +963 (11) 668 14000 +963 (11) 673 1044

    Fax +963 (11) 673 1274

    Posta elettronika: info@chamholding.sy

    www.chamholding.sy

    Ikkontrollata minn Rami Makhlou; l-akbar kumpannija azzjonarja fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim.

    23.09.2011

    3.

    El-Tel Co. (magħrufa wkoll bħala El-Tel Middle East Company)

    Indirizz: Dair Ali Jordan Highway, P.O.Box 13052, Damasku - Sirja

    Telefon: +963-11-2212345

    Fax: +963-11-44694450

    Posta elettronika: sales@eltelme.com

    Sit web: www.eltelme.com

    Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Forzi Armati.

    23.09.2011

    4.

    Ramak Constructions Co.

    Indirizz: Daa'ra Highway, Damasku, Sirja Telefon: +963-11-6858111

    Telefon ċellulari: +963-933-240231

    Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati.

    23.09.2011

    5.

    Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company)

    Indirizz: Adra Free Zone Area

    Damasku - Sirja

    Telefon:+963-11-5327266

    Telefon ċellulari:+963-933-526812

    +963-932-878282

    Fax:+963-11-5316396

    Posta elettronika: sorohco@gmail.com

    Sit web: http://sites.google.com/site/sorohco

    Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100 % tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf.

    23.09.2011

    6.

    Syriatel

    Thawra Street, Ste Building 6ème étage, BP 2900

    Tel: +963 11 61 26 270

    Fax: +963 11 23 73 97 19

    Posta elettronika: info@syriatel.com.sy;

    Sit web: http://syriatel.sy/

    Ikkontrollata minn Rami Makhlou; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim: permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50 % tal-profitti tagħha lill-Gvern.

    23.09.2011


    ANNESS II

    “ANNESS IV

    Lista tal-Prodotti taż-Żejt Mhux Raffinat

    Kodiċi tas-SA

    Deskrizzjoni

    2709 00

    Żjut miż-żejt mhux raffinat u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati:

    2710

    Żjut miż-żejt mhux raffinat u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor, li skont il-piż ikunu 70 % jew aktar żjut taż-żejt mhux raffinat jew żjut miksuba minn minerali bituminużi, fejn dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; skart taż-żjut:

    2712

    Vażellina; xema’ tal-paraffina, xema’ mikrokristallina taż-żejt, xema’ nofsha raffinata b’kontenut ta’ żejt għoli (slack wax), ożokerit, ix-xema’ tal-linjite, ix-xema’ tal-pit, xemgħat oħra minerali u prodotti simili miksuba permezz ta’ sinteżi jew permezz ta’ proċessi oħrajn kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk mhumiex:

    2713

    Kokk taż-żejt mhux raffinat, qatran taż-żejt mhux raffinat u fdalijiet oħrajn ta’ żjut miż-żejt mhux raffinat jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi:

    2714

    Bitum u asfalt, naturali; shale tal-bitum jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat tal-asfalt:

    2715 00 00

    Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq bitum naturali, fuq bitum taż-żejt mhux raffinat, fuq żift minerali jew żift tal-qatran minerali (pereżempju, gomom bituminużi, cut-backs)”


    Top