EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0949

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 949/2011 tat- 22 ta’ Settembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

ĠU L 247, 24.9.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/949/oj

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 949/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(2)

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata.

(3)

Fid-dawl tal-urġenza, u sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni MT: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).


ANNESS

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1

2.

It-Tenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha

19.

Is-Sur Yao N’Dré

52.

Is-Sur Timothée Ahoua N’Guetta

53.

Is-Sur Jacques André Daligou Monoko

54.

Is-Sur Bruno Walé Ekpo

55.

Is-Sur Félix Tano Kouakou

56.

Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran

57.

Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré

79.

Il-Kurunell Maġġur Hilaire Babri Gohourou

89.

Is-Sur Roland Dagher

105.

Zakaria Fellah

107.

Charles Kader Gore

109.

Kadio Morokro Mathieu


Top