Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0926

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011 tat- 12 ta’ Settembru 2011 għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali

    ĠU L 241, 17.9.2011, p. 2–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/06/2024: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/926/oj

    17.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 241/2


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 926/2011

    tat-12 ta’ Settembru 2011

    għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn miżuri ta’ spezzjoni fil-kamp veterinarju. Skont dik id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi fit-titjib tal-effiċjenza tal-ispezzjonijiet veterinarji billi tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE u dawk ta’ kollegament tal-UE. Hi tistipula li kull laboratorju ta’ kollegament jew ta’ referenza tal-UE li jkun nominat bħala tali skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li jaqdi d-dmirijiet u r- rekwiżiti li hemm imniżżla fiha, jista’ jirċevi għajnuna mill-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), jistabbilixxi l-kompiti, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin. Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf huma mniżżla fil-Parti I filwaqt li l-laboratorji ta’ refernza tal-UE għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin huma mniżżla fil-Parti II tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità lil-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-operat tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE, kif jistipulaw l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u għall-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma.

    (4)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-UE individwali għandha tiġi stabbilita permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija. It-tul ta’ żmien ta’ ftehimiet ta’ sħubija hu ta’ ħames snin u dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn programm ta’ ħidma multiannwali.

    (5)

    Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE huma elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka inħatar għal xi wħud minnhom. Billi dan huwa direttorat ġenerali tal-Kummissjoni, dan ir-Regolament ma japplikax għalih. Ir-regoli li fuqhom titmexxa l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għaċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka huma stabbiliti fl-arranġament amministrattiv annwali.

    (6)

    Il-livell tal-għajnuna finanzjarja annwali tal-Unjoni għall-attività ta’ ċerti laboratorji ta’ referenza tal-UE huwa deċiż fuq bażi ta’ kull sena permezz ta’ deċiżjonijiet finanzjarji annwali marbuta mas-sikurezza tal-għalf u l-ikel u s-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin.

    (7)

    Fl-2008, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq verifika fuq immaniġġjar ta’ għotja f’attività tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. L-IAS ikkonkluda li r-regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali għandhom jiġu ssimplifikati. Biex jiġu ssimplifikati r-regoli, l-IAS issuġġerixxa li l-Kummissjoni tkompli tadotta deċiżjonijiet finanzjarji annwali fuq bażi ta’ kull sena, iżda mingħajr il-ħtieġa ta’ ftehimiet ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u kull laboratorju ta’ referenza individwali tal-UE.

    (8)

    Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE jeħtieġu li jorganizzaw laqgħat u attivitajiet ta’ taħriġ b’mod regolari. Għaldaqstant, l-attivitajiet u l-laqgħat għandhom jiġu miżjuda mal-lista tan-nefqa eliġibbli ta’ dan ir-Regolament.

    (9)

    Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4) huma applikabbli.

    (10)

    Minħabba li għandhom isiru għadd ta’ emendi lir-Regolament (KE) Nru 1754/2006, dak ir-Regolament għandu, f’ġieħ iċ-ċarezza, jiġi revokat u jeħodlu postu dan ir-Regolament, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (11)

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal-laboratorji ta’ referenza kollha tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jintemmu fl-2011 u għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jiġu terminati permezz ta’ ftehim reċiproku. Fil-każ ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE, li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom ma jiġux terminati, jibqa’ japplika r-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Deċiżjoni 2009/470/KE fir-rigward tal-arranġament għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 32(7) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikolu 31(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE għall-attivitajiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE (“laboratorji”) għajr iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, inkluż għall-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata din l-għajnuna.

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal-laboratorji ta’ referenza kollha tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jintemmu fl-2011 u għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jiġu terminati permezz ta’ ftehim reċiproku. Fil-każ ta’ laboratorji tal-UE, li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom ma jiġux terminati, jibqa’ japplika r-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

    Artikolu 2

    Programm ta’ ħidma u baġit stmat

    1.   Il-laboratorji għandhom, sal-1 ta’ Settembru ta’ kull sena kalendarja “n”:

    (a)

    jiffissaw l-attivitajiet tal-Unjoni ppjanati matul is-sena kalendarja “n + 1”, inkluża l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, (“il-programm ta’ ħidma”) b’kollaborazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni;

    (b)

    jissottomettu lill-Kummissjoni:

    (i)

    il-programm ta’ ħidma;

    (ii)

    il-baġit stmat għal kull attività li tikkonċerna n-nefqa tal-programm ta’ ħidma (“il-baġit stmat”).

    2.   Il-laboratorji għandhom jipprovdu l-baġit stmat b’forma elettronika b’konformità mal-Annessi I(a) u I(b).

    Artikolu 3

    Rata tal-kambju

    Għal baġits stmati f’munita oħra għajr l-euro, il-Kummissjoni għandha tapplika l-ewwel rata tal-kambju ffissata f’Settembru tas-sena “n”, kif maħruġa fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    L-approvazzjoni

    Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni finanzjarja annwali (“id-deċiżjoni finanzjarja annwali”) li tapprova l-programmi ta’ ħidma u l-baġits korrespondenti għal-laboratorji kollha.

    Kwalunkwe emenda għall-programmi ta’ ħidma għandha tkun suġġetta għall-ftehim miktub minn qabel tal-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Prefinanzjament

    Wara l-addozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali, il-laboratorji jistgħu jitolbu prefinanzjament li jammonta għal 70 % tal-għajnuna totali għall-programm ta’ ħidma tagħhom.

    Artikolu 6

    Pagament tal-għajnuna

    Il-bilanċ tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi ta’ ħidma għandu jitħallas lil-laboratorji wara l-approvazzjoni tar-rapporti finanzjarji u tekniċi msemmija fl-Artikoli 11 u 16 sakemm il-laboratorji jkunu:

    (a)

    implimentaw il-programm ta’ ħidma b’mod effettiv;

    (b)

    issottemettew rapporti finanzjarji u tekniċi fil-limiti ta’ żmien stipulati f’dawk l-Artikoli.

    Artikolu 7

    Dokumenti ta’ sostenn

    1.   Il-laboratorji għandhom jirreġistraw in-nefqa tal-programmi ta’ ħidma fis-sistema tal-kontabbilità tal-kostijiet tagħhom u jżommu d-dokumenti oriġinali jew kopji ċċertifikati kollha għal seba’ snin għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju.

    2.   Il-laboratorji għandhom iżommu d-dokumenti ta’ sostenn oriġinali jew kopji ċċertifikati tad-dokumenti ta’ sostenn kollha marbuta mal-programm ta’ ħidma li jirċievi għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

    3.   Id-dokumenti ta’ sostenn, li jservu ta’ xhieda għan-nefqa kollha msemmija fl-applikazzjoni għal rimborż, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fuq rikjesta.

    Artikolu 8

    Kontrolli

    Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    KAPITOLU II

    L-ATTIVITAJIET TAL-LABORATORJI, ESKLUŻA L-ORGANIZZAZZJONI TA’ SESSJONIJIET TA’ ĦIDMA

    Artikolu 9

    Definizzjoni

    L-attivitajiet tal-laboratorji huma definiti bħala dawk il-kompiti li jfeġġu mir-responsabbiltajiet tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    Artikolu 10

    L-eliġibbiltà

    1.   Huma eliġibbli bħala attivitajiet tal-laboratorji n-nefqa marbuta mal-persunal dedikat għall-attivitajiet tal-laboratorji, is-sottokuntrattar, it-tagħmir kapitali, il-konsumibbli, il-bgħit tal-kampjuni għal analiżijiet komparattivi, il-missjonijiet, il-laqgħat, l-attivitajiet ta’ taħriġ u l-ispejjeż ġenerali neċessarji (overheads).

    2.   In-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli fil-limiti ffissati fid-deċiżjoni finanzjarja annwali rilevanti u skont ir-regoli tal-eliġibbiltà ffissati fl-Anness II.

    3.   Il-laboratorji għandhom jissottomettu rikjesta bil-miktub lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha minn qabel għal żjieda fil-baġit ta’ xi wieħed mill-punti ta’ nfiq (persunal, sottokuntrattar, tagħmir kapitali, konsumibbli, bgħit tal-kampjuni għal analiżijiet komparattivi, missjonijiet, laqgħat, attivitajiet ta’ taħriġ) u/jew xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-programm ta’ ħidma b’aktar minn 10 % u bla ma jinqabżu l-ispejjeż eliġibbli totali stipulati fid-deċiżjoni finanzjarja annwali.

    Artikolu 11

    Is-sottomissjoni tar-rapporti dwar l-attivitajiet tal-laboratorji

    1.   Il-laboratorji għandhom jissottemettu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja “n + 2”, dawn ir-rapporti:

    (a)

    verżjoni stampata u verżjoni elettronika tar-rapport finanzjarju tagħhom li jkun tħejja skont l-Annessi III(a) u (b);

    (b)

    rapport teniku tal-attivitajiet tagħhom iċċertifikat mid-direttur tekniku tal-laboratorju.

    Madankollu, fil-każ ta’ laqgħat u attivitajiet ta’ taħriġ, ir-rapport finanzjarju għandu jitħejja u jiġi sottomess skont l-Artikolu 16.

    It-timbru postali għandu jservi ta’ xhieda tad-data ta’ meta jkunu ġew impustati r-rapport finanzjarju u dak tekniku.

    2.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ titnaqqas jekk il-programm ta’ ħidma ma jitwettaqx b’mod effettiv u/jew b’mod sħiħ.

    3.   Jekk ir-rapport finanzjarju u dak tekniku ma jintbagħtux fil-limitu ta’ żmien provdut fil-paragrafu 1, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn xahar, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’25 %.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn xahrejn, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’50 %.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn tliet xhur, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’75 %.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn erba’ xhur, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’100 %.

    Artikolu 12

    Ir-rati tal-kambju għal ħlasijiet f’munita oħra għajr l-euro

    Għal rikjesti li jirrigwardjaw il-ħlasijiet tal-bilanċi sottomessi f’munita oħra għajr l-euro, il-Kummissjoni għandha tapplika l-ewwel rata tal-kambju ffissata f’Marzu tas-sena “n”, kif tkun inħarġet fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Madankollu, ir-rata tal-kambju għal rikjesti għal ħlas tal-bilanċi għal laqgħat u attivitajiet ta’ taħriġ sottomessi f’munita oħra għajr l-euro għandha tkun ir-rata stipulata fl-Artikolu 17.

    Artikolu 13

    Taxxa fuq il-Valur Miżjud

    It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) mhux rikoverabbli li tkun tħallset mil-laboratorji għandha titqies bħala nefqa eliġibbli skont dan ir-Regolament sakemm il-laboratorji jissottomettu, flimkien mar-rapport finanzjarju stipulat fl-Artikolu 11 (1), attestazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Istat Membri rilevanti jew minn awtorità ekwivalenti, li tikkonferma li l-laboratorju mhux suġġett jew huwa suġġett b’mod parzjali għall-VAT u li l-qasam tal-attività tiegħu mhux suġġett għal din it-taxxa.

    KAPITOLU III

    ORGANIZZAZZJONI TA’ SESSJONIJIET TA’ ĦIDMA

    Artikolu 14

    Definizzjoni

    Sessjoni ta’ ħidma hija data annwali għal informazzjoni u koordinazzjoni li għaliha l-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali kollha huma mistiedna mil-laboratorji.

    Artikolu 15

    L-eliġibbiltà

    1.   Huma eliġibbli għall-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ ħidma l-infiq marbut mal-ispejjeż għal vjaġġ, l-ispejjeż tal-lukandi u l-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għal minimu ta’ 32 parteċipant fis-sessjonijiet ta’ ħidma, li jinkludu stedina għal tal-anqas parteċipant wieħed minn kull Stat Membru.

    2.   Infiq ieħor addizzjonali marbut mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż tal-lukandi u l-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għal massimu ta’ tliet kelliema mistiedna fis-sessjonijiet ta’ ħidma għandu jkun eliġibbli taħt il-kappa tal-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ ħidma.

    3.   Infiq ieħor addizzjonali marbut mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż tal-lukandi u l-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għal massimu ta’ għaxar rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fis-sessjonijiet ta’ ħidma għandu jkun eliġibbli taħt il-kappa tal-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ ħidma.

    4.   L-infiq għas-sessjonijiet ta’ ħidma msemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jkun eliġibbli fil-limiti ffissati fid-deċiżjonijiet finanzjarji annwali u skont ir-regoli tal-eliġibbiltà ffissati fl-Anness IV. Derogi mill-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jingħataw f’każijiet ġustifikati kif jixraq skont id-deċiżjonijiet finanzjarji annwali.

    Artikolu 16

    Is-sottomissjoni tar-rapporti dwar is-sessjonijiet ta’ ħidma

    1.   Il-laboratorji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar minn xahrejn wara s-sessjoni ta’ ħidma, dawn li ġejjin:

    (a)

    verżjoni stampata u verżjoni elettronika tar-rapport finanzjarju tagħhom dwar is-sessjonijiet ta’ ħidma li jkun tħejja skont l-Anness V;

    (b)

    rapport teniku ffirmat mid-direttur tekniku tal-laboratorju.

    It-timbru postali għandu jservi ta’ xhieda tad-data ta’ meta jkun ġew impustati r-rapport finanzjarju u dak tekniku.

    2.   Jekk ir-rapport finanzjarju u dak tekniku tas-sessjoni ta’ ħidma ma jintbagħtux fil-limitu ta’ żmien provdut fil-paragrafu 1, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn xahar, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’25 %.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn xahrejn, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’50 %.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn tliet xhur, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’75 %.

    Jekk l-iskadenza tas-sottomissjoni tinqabeż b’aktar minn erba’ xhur, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titnaqqas b’100 %.

    Artikolu 17

    Ir-rata tal-kambju għall-ħlasijiet f’munita oħra għajr l-euro

    Fil-każ ta’ rikjesti li jirrigwardjaw il-ħlasijiet ta’ bilanċi sottomessi f’munita oħra għajr l-euro, il-Kummissjoni għandha tapplika l-ewwel rata tal-kambju ffissata fix-xahar li fih tkun saret is-sessjoni ta’ ħidma, kif maħruġa fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 18

    Revoka

    Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 huwa rrevokat.

    Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 19

    Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija lil-laboratorji mill-2012 ‘il quddiem.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

    (4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


    ANNESS I(a)

    (ara l-Artikolu 2(2))

    Baġit stmat għal kull attività:

     

    Spejjeż tal-persunal

    Sottokuntratti

    Tagħmir kapitali

    Konsumibbli

    Testijiet komparattivi

    Missjonijiet

    Laqgħat

    Attivitajiet ta’ taħriġ

    Attività 1

     

     

     

     

     

     

     

     

    Attività 2

     

     

     

     

     

     

     

     

    Attività 3

     

     

     

     

     

     

     

     

    Attività nru N

     

     

     

     

     

     

     

     

    Totali

     

     

     

     

     

     

     

     


    ANNESS I(b)

    Baġit stmat għan-nefqa tal-laboratorji fir-rigward tal-attivitajiet tal-Unjoni, inkluża l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

    (ara l-Artikolu 2(2))

    Isem u indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE:

    Numru tal-kont bankarju li fih l-għajnuna finanzjarja għandha titħallas:

    IMPORTANTI: L-ispejjeż kollha għandhom jiġu espressi f’euro jew fil-munita tal-Istat Membru inkwistjoni.

    1.   IL-PERSUNAL

    Kategorija (1)

    Status (2)

    Salarju gross fix-xahar (3)

    Ħin iddedikat għall-proġett (numru ta’ ġranet) (4)

    Spejjeż eliġibbli totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    2.   SOTTOKUNTRATTAR

    Deskrizzjoni

    Spejjeż li ma jinkludux VAT

    VAT

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    3.   TAGĦMIR KAPITALI

     

    Deskrizzjoni

    Spiża/valur li ma tinkludix/jinkludix VAT

    VAT

    Spiża/valur totali

    Data tax-xiri jew kiri

    Data tal-kunsinja

    Perjodu ta’ diprezzament (36 jew 60 xahar)

    % użu għall-proġett

    Spiża ta’ diprezzament annwali

    2.1.

    Tagħmir li jrid jinkiseb matul il-perjodu kkonċernat

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2.2.

    tagħmir miksub qabel il-perjodu kkonċernat

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    4.   KONSUMIBBLI

    Deskrizzjoni skont it-tip (5)

    Spejjeż li ma jinkludux VAT

    VAT

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     


    5.   IL-BGĦIT TA’ KAMPJUNI GĦAL TESTIJIET KOMPARATTIVI

    Deskrizzjoni

    Spejjeż li ma jinkludux VAT

    VAT

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    6.   MISSJONIJIET

    Deskrizzjoni

    Spejjeż tal-ivvjaġġar

    Lukanda

    Kumpens ta’ kuljum

    Totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    7.   LAQGĦAT

    Deskrizzjoni

    Spejjeż tal-ivvjaġġar

    Lukanda

    Kumpens ta’ kuljum

    Totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    8.   ATTIVITAJIET TA’ TAĦRIĠ

     

    Spiża

    Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti:

     

    Spejjeż ta’ lukandi:

     

    Kumpens ta’ kuljum li għandha titħallas lill-parteċipanti:

     

    Nefqa totali għall-attivitajiet ta’ taħriġ:

     


    9.   SPEJJEŻ ĠENERALI NEĊESSARJI (OVERHEADS) U NEFQA TOTALI GĦALL-ATTIVITAJIET

    Ammont totali tal-infiq (total tal-punti minn 1 sa 8):

     

    Spejjeż ġenerali neċessarji (overheads): 7 %

     

    Spiża totali għall-attivitajiet:

     


    10.   SESSJONIJIET TA’ ĦIDMA

     

    Spiża

    Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti:

     

    Spejjeż ta’ lukandi:

     

    Kumpens ta’ kuljum li għandha titħallas lill-parteċipanti:

     

    Spiża totali għas-sessjoni ta’ ħidma:

     


    BAĠIT STMAT FINALI

    Spiża totali għall-attivitajiet:

     

    Spiża totali għas-sessjoni ta’ ħidma:

     

    Baġit stmat finali:

     


    (1)  Din trid tkun speċifikata għal kull persuna involuta fil-proġett: xjentist anzjan, xjentist prinċipjant, tekniku, eċċ.

    (2)  Uffiċjal pubbliku, persunal b’kuntratt, eċċ. – għall-persunal b’kuntratt, indika d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt.

    (3)  Is-salarju gross fix-xahar effettiv (tagħmilx użu minn skali ta’ ħlas), inklużi l-ispejjeż soċjali u oħrajn li jidhru fir-rendikont tas-salarju.

    (4)  Ikkalkulat fuq il-bażi ta’ referenza ta’ 220 jum/sena.

    (5)  Eżempji: reaġenti, annimali għall-ittestjar, tagħmir żgħir għal-laboratorju, eċċ.


    ANNESS II

    Ir-regoli ta’ eliġibilità applikabbli għall-infiq marbuta mal-persunal, mas-sottokuntrattar, mal-kapital tat-tagħmir, mal-konsumibbli, mal-ibgħit ta’ kampjuni għat-testijiet komparattivi, mal-missjonijiet, il-laqgħat, l-attivitajiet ta’ taħriġ u mal-ispejjeż ġenerali neċessarji (overheads)

    (ara l-Artikolu 10(2))

    1.   Il-persunal

    L-ispejjeż tal-persunal (irrispettivament mill-istatus tal-persunal) iridu jiġu limitati għall-ispejjeż tal-pagi effettivament imħallsa (ir-remunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) lill-persunal speċifikament allokat, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma.

    Il-ħin totali ta’ xogħol tal-persunal impenjat fuq xogħol tal-Unjoni għandu jiġi rreġistrat u ċċertifikat, fuq bażi ta’ minimu ta’ 220 jum/sena. Ir-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni għandhom isiru mill-inqas darba f’xahar mill-kap maħtur tal-proġett jew minn membru anzjan awtorizzat tal-persunal tal-laboratorji.

    2.   Sottokuntrattar

    Ir-rimborżi għandhom jissejsu fuq l-ispejjeż attwalment imġarrba.

    3.   Tagħmir kapitali

    It-tagħmir mixtri, mikri fit-tul jew mikri huwa eliġibbli bħala tip ta’ spejjeż diretti. L-ammont rimborsabbli għat-tagħmir mikri ma jistax jaqbeż l-ammont li bih it-tagħmir seta’ ġie mixtri għaż-żmien tat-test. Spejjeż rimborsabbli huma kkalkulati kif ġej:

    Formula

    A

    =

    il-perjodu ta’ xhur li fih it-tagħmir jiġi użat għall-programm ta’ ħidma, mid-data tal-konsenja

    B

    =

    il-perjodu ta’ diprezzament ta’ 60 xahar (36 xahar f’każ ta’ tagħmir ta’ kompjuters li jiswa inqas minn EUR 25 000)

    C

    =

    l-ispiża għat-tagħmir

    D

    =

    il-perċentwali ta’ użu tat-tagħmir għall-programm ta’ ħidma.

    Għal tagħmir kapitali li jiswa anqas minn EUR 3 000 tista’ tiġi ddikjarata l-ispiża kollha. Ma jinħtieġ l-ebda dipprezzament fuq tali tagħmir.

    4.   Konsumibbli

    Ir-rimborżi għandhom jissejsu fuq l-ispejjeż attwalment imġarrba.

    L-infiq kollu l-ieħor għall-amministrazzjoni, l-ivvjaġġar għan-negozju għajr għall-missjonijiet indikati fil-punt 6 u għas-servizzi segretarjali huwa kkunsidrat li jiġi kopert bħala “Spejjeż ġenerali neċessarji (overheads)”.

    5.   Il-bgħit ta’ kampjuni għal testijiet komparattivi

    Ir-rimborż għandu jingħata abbażi tal-ispejjeż attwalment imġarrba għall-bgħit tal-kampjuni fil-qafas ta’ testijiet komparattivi.

    6.   Missjonijiet

    L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-lukandi magħmula mill-persunal tal-laboratorji għall-missjonijiet skedati msemmija fil-programm ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati, skont l-Artikolu 15(4). Il-kumpens ta’ kuljum għandhom jingħataw skont l-Artikolu 15(4).

    7.   Laqgħat

    L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-lukandi magħmula minn ħames esperti esterni għal–laqgħat li jsiru fil-bini tal-laboratorji u li jkunu skedati fil-programm ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati skont l-Artikolu 15(4). Il-kumpens ta’ kuljum għandhom jingħataw skont l-Artikolu 15(4).

    8.   Attivitajiet ta’ taħriġ

    L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-lukandi magħmula minn massimu ta’ 32 rappreżentant tal-NRLs għal attivitajiet ta’ taħriġ stipulati fil-programm ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati skont l-Artikolu 15(4). Il-kumpens ta’ kuljum għandhom jingħataw skont l-Artikolu 15(4).

    9.   L-ispejjeż ġenerali neċessarji (overheads)

    Kontribuzzjoni ta’ rata fissa ta’ 7 % tal-ispejjeż eliġibbli attwali, ikkalkulati skont l-ispejjeż diretti kollha elenkatifil-punti 1 sa 8, għandha ssir b’mod awtomatiku.


    ANNESS III(a)

    (ara l-Artikolu 11(1))

    Nefqa għal kull attività:

     

    Spejjeż tal-persunal

    Sottokuntratti

    Tagħmir kapitali

    Konsumibbli

    Testijiet komparattivi

    Missjonijiet

    Laqgħat

    Attivitajiet ta’ taħriġ

    Attività 1

     

     

     

     

     

     

     

     

    Attività 2

     

     

     

     

     

     

     

     

    Attività 3

     

     

     

     

     

     

     

     

    Attività nru N

     

     

     

     

     

     

     

     

    Totali

     

     

     

     

     

     

     

     


    ANNESS III (b)

    Rapport finanzjarju ċċertifikat

    (ara l-Artikolu 11(1))

    Minn …/…/… sa …/…/…

    Ir-rata tal-kambju li ntużat: EUR 1 = …

    Numru tar-referenza tad-deċiżjoni finanzjarja annwali:

    L-isem u l-indirizz tal-laboratorju:

    Limitu tal-għajnuna finanzjarja annwali tal-Unjoni:

    Kategorija tal-ispejjeż

    Baġit stmat

    Oġġett + 10 %

    Spejjeż iddikjarati

    Eliġibbli (*)

    1.

    Il-persunal

     

     

     

     

    2.

    Sottokuntrattar

     

     

     

     

    3.

    Tagħmir kapitali

     

     

     

     

    4.

    Konsumibbli

     

     

     

     

    5.

    Il-bgħit ta’ kampjuni għal testijiet komparattivi

     

     

     

     

    6.

    Missjonijiet

     

     

     

     

    7.

    Laqgħat

     

     

     

     

    8.

    Attivitajiet ta’ taħriġ

     

     

     

     

    Subtotali

     

     

     

     

    9.

    Spejjeż ġenerali neċessarji (overheads) ta’ 7 %

     

     

     

     

    Totali

     

     

     

     

    Ċertifikazzjoni mil-laboratorju:

    Qed niċċertifikaw li:

    in-nefqa msemmija hawn fuq saret inkonnessjoni mal-kompiti ddefiniti fil-programm ta’ ħidma u kienet essenzjali għat-twettiq korrett tal-kompiti msemmija,

    in-nefqa ġġarbet verament, ġiet reġistrata b’eżattezza u hija eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet li jidhru fir-Regolament (UE) Nru 926/2011

    id-dokumenti kollha ta’ sostenn marbuta man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ spezzjoni,

    [niżżel isem il-laboratorju] mhux qed jagħmel profitt mill-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni.

    Data:

    Isem id-Direttur Tekniku:

    Firma:

    Data:

    Isem l-Uffiċjal Finanzjarju:

    Firma:

    Klassifikazzjoni skont il-kategorija

    (f’euro jew fil-munita tal-Istat Membru inkwistjoni)

    1.   IL-PERSUNAL

    Kategorija

    Status

    Salarju gross fix-xahar

    Ħin iddedikat għall-proġett

    (numru ta’ ġranet)

    Spejjeż eliġibbli totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    2.   SOTTOKUNTRATTAR

    Deskrizzjoni

    Fornitur

    Spejjeż li ma jinkludux VAT

    VAT

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    3.   TAGĦMIR KAPITALI

     

    Deskrizzjoni

    Spiża/valur li ma tinkludix/jinkludix VAT

    VAT

    Spiża/valur totali

    Data tax-xiri jew kiri

    Data tal-kunsinja

    Perjodu ta’ diprezzament

    (36 jew 60 xahar)

    % użu għall-proġett

    Spiża ta’ diprezzament annwali

    2.1.

    Tagħmir li jrid jinkiseb għall-finijiet tal-programm ta’ ħidma

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2.2.

    Tagħmir miksub qabel ma nbeda l-programm ta’ ħidma

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    4.   KONSUMIBBLI

    Deskrizzjoni (id-dettalji ta’ kull nefqa (1))

    Fornitur

    Spejjeż li ma jinkludux VAT

    VAT

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    5.   TESTIJIET KOMPARATTIVI

    Deskrizzjoni

    Fornitur

    Spejjeż li ma jinkludux VAT

    VAT

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    6.   MISSJONIJIET

    Deskrizzjoni

    Spejjeż tal-ivvjaġġar

    Lukanda

    Kumpens ta’ kuljum

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    7.   LAQGĦAT

    Deskrizzjoni

    Spejjeż tal-ivvjaġġar

    Lukanda

    Kumpens ta’ kuljum

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    8.   ATTIVITAJIET TA’ TAĦRIĠ

     

    Spiża

    Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti:

     

    Spejjeż ta’ lukandi:

     

    Kumpens ta’ kuljum li għandha titħallas lill-parteċipanti:

     

    Spiża totali għas-sessjoni ta’ ħidma:

     


    9.   SPEJJEŻ ĠENERALI NEĊESSARJI (OVERHEADS)

    Ammont totali tal-infiq (total tal-punti minn 1 sa 8):

     

    Spejjeż ġenerali neċessarji (overheads): 7 %

     


    10.   TOTALI

    Ammont totali tal-infiq (total tal-punti minn 1 sa 9):

     


    (*)  Il-kolonna “Eliġibbli” trid timtela mill-Kummissjoni

    (1)  Kull nefqa għandha tintwera f’linja separata.


    ANNESS IV

    Ir-regoli tal-eliġibbiltà applikabbli għan-nefqa marbuta mas-sessjonijiet ta’ ħidma

    (ara l-Artikolu 15(4))

    I.   SPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR

    1.   BILJETTI U SPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR

    1.1.   Regoli ġenerali

    Il-parteċipanti għandhom jużaw l-aktar mezz ta’ trasport xieraq u kosteffiċjenti. Kemm jista’ jkun, għandu jintuża t-trasport pubbliku jew trasport kondiviż, b’kunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra, tal-impatt fuq l-ambjent.

    Kull vjaġġar jitqies li jibda mill-bini tal-laboratorji. Il-parteċipanti huma responsabbli direttament minn kull vjaġġ żejjed magħmul għal raġunijiet privati, inklużi tluq minn u/jew ritorni lejn kwalunkwe post ieħor, u għandhom jindikaw dawn it-tipi ta’ vjaġġi żejda u jħallsu l-ispejjeż eċċessivi involuti.

    L-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba għall-parteċipazzjoni fis-sessjoni ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati esklussivament abbażi tal-aktar mezz ta’ trasport xieraq u kosteffiċenti bejn il-bini tal-laboratorji u l-post fejn tkun qed tiġi organizzata s-sessjoni ta’ ħidma.

    Ir-rimborż isir b’kunsiderazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-laqgħat u għandu jissejjes fuq l-aqwa rati disponibbli fost ir-rati preferenzjali nnegozjati u nollijiet promozzjonali oħrajn disponibbli fis-suq.

    1.2.   Vjaġġar bil-ferrovija

    L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rrimborżati għal vjaġġ fl-ewwel klassi permezz tal-iqsar u l-irħas rotta.

    1.3.   Vjaġġar bl-ajru

    (1)

    L-ivvjaġġar bl-ajru għandu jiġi bbukkjat, bl-irħas rati disponibbli, b’kunsiderazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-laqgħat:

    (a)

    fil-klassi economy jew ekwivalenti;

    (b)

    fil-klassi business jew ekwivalenti, jekk il-vjaġġ ikun jinkludi talanqas segment wieħed li jinvolvi almenu erba’ sigħat ta’ titjira kontinwa.

    (2)

    Meta l-kundizzjonijiet tan-noll jirrikjedu li wieħed jalloġġja barra tul tmiem il-ġimgħa (Sunday rule), tista’ titħallas kumpens ta’ kuljum addizzjonali jekk kollox ma’ kollox dan ikun kosteffiċenti.

    Il-parteċipanti għandhom jirrikjedu u jżommu mingħand l-aġenzija tal-ivvjaġġar approvata r-rati differenti disponibbli (inkluża/eskluża l-inklużjoni ta’ tmiem il-ġimgħa) biex tiddieħed l-aktar deċiżjoni kosteffiċenti. Madankollu, il-parteċipanti mhumiex obbligati li jqattgħu tmiem il-ġimgħa fil-post tas-sessjoni ta’ ħidma purament biex jittieħdu l-irħas arranġamenti tal-ivvjaġġar.

    Il-biljetti użati, il-kartun tal-imbark oriġinali, u l-fatturi tal-lukandi għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni fuq rikjesta.

    1.4.   Vjaġġar bil-karozza għal raġunijiet professjonali

    L-ivvjaġġar bil-karozza huwa awtorizzat jekk ikun kosteffiċenti meta mqabbel mal-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-ferrovija, partikolarment meta l-istess karozza jivvjaġġaw biha għadd ta’ parteċipanti.

    L-ivvjaġġar bil-karozza privata għal raġunijiet professjonali huwa awtorizzat. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar marbut mad-distanza koperta għandu jiġi rimborżat sa massimu ta’ EUR 0,22/kull km.

    1.5.   Taksi — Ipparkjar — Pedaġġ — Trasport pubbliku (xarabank, tramm, metro)

    Il-kumpens ta’ kuljum normalment titqies li tkopri l-ispejjeż kollha mġarrba mill-parteċipanti li jattendu sessjoni ta’ ħidma. L-ispejjeż konnessi mat-trasport pubbliku, nollijiet tat-taksi, pedaġġ u pparkjar mhumiex spejjeż eliġibbli għar-rimborż.

    II.   IL-KUMPENS TA’ KULJUM

    Kalkolu

    Il-kumpens ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

    Tul tal-missjoni:

    sitt sigħat jew anqas: 20 % tal-kumpens ta’ kuljum u kwalunkwe spejjeż tal-ivvjaġġar abbażi ta’ dokumenti ta’ xhieda,

    aktar minn sitt sigħat izda mhux aktar minn tnax-il siegħa: nofs il-kumpens ta’ kuljum,

    aktar minn tnax-il siegħa izda mhux aktar minn tletin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum,

    aktar minn tletin siegħa izda mhux aktar minn sitta u tletin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum darba u nofs,

    aktar minn sitta u tletin siegħa izda mhux aktar minn erba’ u ħamsin siegħa: kumpens ta’ kuljum doppja,

    aktar minn erba’ u ħamsin siegħa izda mhux aktar minn sittin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum darbtejn u nofs,

    aktar minn sittin siegħa izda mhux aktar minn tmienja u sebgħin siegħa: kumpens ta’ kuljum trippla,

    aktar minn tmienja u sebgħin siegħa izda mhux aktar minn erba’ u tmenin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum tliet darbiet u nofs, u wieħed ikompli b’dan il-mod.

    Metodu tal-kalkolu tat-tul

    Is-sigħat li jitqiesu biex tinħadem il-kumpens ta’ kuljum huma:

    għall-ivvjaġġar bl-arju: inklużi sagħtejn qabel it-tluq tat-titjira u sagħtejn wara l-wasla tat-titjira,

    għall-ivvjaġġar bil-ferrovija: inklużi 0,5 siegħa qabel titlaq it-trejn u 0,5 siegħa wara li tasal it-trejn.

    L-ispejjeż koperti

    Il-kumpens ta’ kuljum għandha titħallas bħala ammont b’rata fissa u tqis li tkopri l-kolazzjon, żewġ ikliet ewlenin u l-affarijiet l-oħra kollha, il-mezzi tat-trasport kif jistipula l-punt 1,5 u l-ispejjeż tal-istrumenti tat-telekomunikazzjoni.

    L-ammont tal-kumpens ta’ kuljum

    L-ammont tal-kumpens ta’ kuljum għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu I tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1066/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006 li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2006 l-iskala applikabbli għall-missjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri (1).

    III.   SPEJJEŻ TAL-LUKANDA

    Il-limitu massimu għall-ispejjeż tal-lukanda għandu jinħadem skont l-Artikolu 1 tar-Regolamnet (KE, Euratom) Nru 1066/2006.

    IV.   OĦRAJN

    Jekk l-għadd massimu ta’ parteċipanti stipulat fl-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-Regolament ma jintlaħaqx, iżda minimu ta’ 20 parteċipant mil-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali jkunu attendew is-sessjoni ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha taċċetta li massimu ta’ tliet parteċipanti mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni jkunu jistgħu jirċievu l-kumpens ta’ kulju’, skont it-tul tal-attendenza tagħhom fis-sessjoni ta’ ħidma.

    Rigward l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-lukanda ta’ dawk it-tliet parteċipanti, il-Kummissjoni ma timborżahomx, sakemm is-sessjoni ta’ ħidma ma ssirx f’belt differenti minn dik tal-laboratorju.

    Barra minn hekk, il-ħlas tat-tali kumpens ta’ kuljum kif ukoll tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-lukanda għandu jsir biss meta l-għajnuna finanzjarja massima tal-Unjoni ma tinqabiżx.


    (1)  ĠU L 194, 14.7.2006, p. 1.


    ANNESS V

    Rapport finanzjarju dwar is-sessjonijiet ta’ ħidma/il-laqgħat/l-attivitajiet ta’ taħriġ

    (ara t-tieni sottoparagrafu tal-artikolu 11(1) u l-artikolu 16(1)(a))

    Sessjoni ta’ Ħidma/Laqgħa/Attivitajiet ta’ taħriġ nhar…

    Data: …/…/…

    Bidu: …: …

    Tmiem: …: …

    Numru ta’ referenza tad-deċiżjoni finanzjarja annwali:

    Isem u indirizz tal-laboratorju:

    Limitu massimu tal-għajnuna finanzjarja annwali tal-Unjoni:

    Ir-rata tal-kambju li ntużat: EUR 1 = …

    Post

    Dati tas-sessjoni ta' ħidma

    City

    Country

    jj/xx/ss

    jj/xx/ss


    Munita

    SM

    Parteċipant

    Tluq

    Wasla

    Spejjeż tal-ivvjaġġar

    Total tal-vjaġġ imħallas mis- CRL

    Total tal-vjaġġ f'EURO

    Nru ta' sigħat

    Konċessjoni ta' kuljum

    Nru ta' konċessjonijiet ta' kuljum

    Spejjeż totali tal-konċessjoni

    Spejjeż tal-lukanda

    Spejjeż tal-lukanda f'EURO

    TOTAL (Vjaġġ + konċessjoni + lukanda)

     

     

     

     

     

    Ajru

    Ferrovija

    Karozza

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

     

    0:00:00

     

    0,00

    0,00

     

     

     

     

     

     

     

     

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

     

     

     

     

    0,00

     

     

     

    Medja:

     

     

     

    0,00

     

     

     

     

    0,00

     

    0,00

     

    Kummenti:

    Jekk jogħġbok imla l-kolonni F, G u H bl-ammont li ġie rimborżat fil-munita nazzjonali. Indika l-munita fil-kolonna A

    Jekk hemm żewġ muniti differenti għal parteċipant wieħed, oħloq linja waħda għal kull munita.

    L-abbrevjazzjonijiet biex timla l-kaxxi A, B u H2 jinsabu hawn taħt, u jekk jogħġbok indika fit-tabella r-rata ta' skambju li ntużat għall-kalkoli

    Rati ta' skambju

    (l-ewwel ġurnata tax-xahar li fiha seħħet is-sessjoni ta' ħidma — Ara l-Artikolu 9 fil-Kapitolu II u l-Artikolu 13 fil-Kapitolu III):

    BGN

    1,9558

    BGN/EUR

    CZK

    27,485

    CZK/EUR

    DKK

    7,456

    DKK/EUR

    EUR

    1,0000

    EUR/EUR

    GBP

    0,6715

    GBP/EUR

    HUF

    251,77

    HUF/EUR

    LTL

    3,4528

    LTL/EUR

    LVL

    0,6972

    LVL/EUR

    NOK

    8,238

    NOK/EUR

    PLN

    3,831

    PLN/EUR

    SEK

    9,0404

    SEK/EUR

    RON

    3,3312

    RON/EUR

    (ir-rati ta' skambju ngħataw bħala eżempji - għandhom jiġu aġġornati)


    L-abbrevjazzjoni għall-Istati Membri:

    Il-Belġju

    BE

    Ir-Repubblika Ċeka

    CZ

    Id-Danimarka

    DK

    Il-Ġermanja

    DE

    L-Estonja

    EE

    Il-Greċja

    EL

    Spanja

    ES

    Franza

    FR

    L-Irlanda

    IE

    L-Italja

    IT

    Ċipru

    CY

    Il-Latvja

    LV

    Il-Litwanja

    LT

    Il-Lussemburgu

    LU

    L-Ungerija

    HU

    Malta

    MT

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    NL

    L-Awstrija

    AT

    Il-Polonja

    PL

    Il-Portugall

    PT

    Is-Slovenja

    SI

    Is-Slovakkja

    SK

    Il-Finlandja

    FI

    L-Isvezja

    SE

    Ir-Renju Unit

    UK

    Ir-Rumanija

    RO

    Il-Bulgarija

    BG


    (f’EUR)

    Stat Membru

    Konċessjoni ta' kuljum:

    Limitu għal-lukanda:

    BE

    92

    140

    CZ

    75

    155

    DK

    120

    150

    DE

    93

    115

    EE

    71

    110

    EL

    82

    140

    ES

    87

    125

    FR

    95

    150

    IE

    104

    150

    IT

    95

    135

    CY

    93

    145

    LV

    66

    145

    LT

    68

    115

    LU

    92

    145

    HU

    72

    150

    MT

    90

    115

    NL

    93

    170

    AT

    95

    130

    PL

    72

    145

    PT

    84

    120

    SI

    70

    110

    SK

    80

    125

    FI

    104

    140

    SE

    97

    160

    UK

    101

    175

    RO

    52

    170

    BG

    58

    169


    Baġit totali allokat għas-sessjoni ta' ħidma

     

    Spejjeż totali aċċettati

     

    Tnaqqis 25/50/75/100 %

     

    Spejjeż totali finali eliġibbli

     

    Ħlas minn qabel

     

    Ammont pendenti li għad irid jitħallas

     

    Ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju

    Niċċertifikaw li:

    dan l-infiq iġġarrab tassew, kien iġġustifikat b'mod preċiż u huwa eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 926/2011,

    id-dokumenti ta' appoġġ kollha marbuta ma' dawn l-ispejjeż huma disponibbli għall-ispezzjoni,

    m'aħniex qed nagħmlu profit mis-sussidju mogħti mill-Kummissjoni.

    Data:

    L-isem tad-direttur tekniku:

    Firma

    Data:

    L-isem tad-direttur finanzjarju:

    Firma

    Tul ta' żmien tal-vjaġġ

    Konċessjoni ta' kuljum

    Aktar minn 06 sigħat iżda inqas minn 12-il siegħa, 12-il siegħa inklużi

    0,5

    Aktar minn 12-il siegħa, iżda inqas minn 30 siegħa, 30 siegħa inklużi

    1

    Aktar minn 30 siegħa, iżda inqas minn 36 siegħa, 36 siegħa inklużi

    1,5

    Aktar minn 36 siegħa, iżda inqas minn 54 siegħa, 54 siegħa inklużi

    2

    Aktar minn 54 siegħa, iżda inqas minn 60 siegħa, 60 siegħa inklużi

    2,5

    Aktar minn 60 siegħa, iżda inqas minn 78 siegħa, 78 siegħa inklużi

    3

    Aktar minn 78 siegħa, iżda inqas minn 84 siegħa, 84 siegħa inklużi

    3,5

    Aktar minn 84 siegħa, iżda inqas minn 102 siegħa, 102 siegħa inklużi

    4

    Is-sigħat meqjusa għall-kalkolu tal-konċessjonijiet ta' kuljum huma:

    a)

    għall-vjaġġ bl-ajru: inklużi sagħtejn qabel it-tluq (trasferiment għall-ajruport) u sagħtejn wara l-wasla (trasferiment mill-ajruport)

    b)

    għall-ferrovija: inkluża nofs siegħa qabel it-tluq (trasferiment għall-istazzjon) u nofs siegħa wara l-wasla (trasferiment mill-istazzjon)


    Top