Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0893

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 893/2011 tat- 22 ta’ Awwissu 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bresaola della Valtellina (IĠP)]

    ĠU L 231, 8.9.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/893/oj

    8.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 231/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 893/2011

    tat-22 ta’ Awwissu 2011

    li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bresaola della Valtellina (IĠP)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex jiġu approvati xi emendi fl-elementi tal-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta "Bresaola della Valtellina", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

    (2)

    Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmi Regolament. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2011.

    Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

    Cecilia MALMSTRÖM

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

    (3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

    (4)  ĠU C 321, 26.11.2010, p. 23.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

    Il-klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, affumikati, eċċ.)

    L-ITALJA

    Bresaola della Valtellina (IĠP)


    Top