Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0354

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2011 tat- 12 ta’ April 2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija u Ħerzegovina

    ĠU L 98, 13.4.2011, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/02/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/354/oj

    13.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 98/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 354/2011

    tat-12 ta’ April 2011

    li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija u Ħerzegovina

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 594/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (1), b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008. Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni qiegħed fil-proċess ta’ ratifika.

    (2)

    Fis-16 ta’ Ġunju 2008, ġie konkluż Ftehim Interim dwar in-negozju u materji oħra marbuta man-negozju bejn il-Komunità Ewropa minn naħa, u u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim Interim”), li ġie approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE (3). Il-Ftehim Interim jipprovdi għad-dħul fis-seħħ bikri tad-dispożizzjonijiet kummerċjali u marbuta mal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

    (3)

    Il-Ftehim Interim u l-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jipprovdu li ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Bożnja u Ħerzegovina jistgħu jkunu importati fl-Unjoni Ewropea, fil-limiti tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni (“kwoti”), b’rata ta’ dazju mnaqqsa jew rata żero.

    (4)

    Il-kwoti tariffarji stipulati fil-Ftehim Interim u fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma annwali u ġew adottati għal żmien indeterminat. Jeħtieġ li jinfetħu l-kwoti tariffarji għall-2008 u għas-snin ta’ wara u li jiġi pprovdut għal sistema komuni għall-ġestjoni tagħhom.

    (5)

    Din il-ġestjoni komuni għandha tiżgura li l-importaturi kollha fl-Unjoni Ewropea jkollhom aċċess indaqs u kontinwu għall-kwoti tariffarji u li r-rati stipulati għall-kwoti huma applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti in kwistjoni lejn l-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jintużaw kollha. Sabiex tkun żgurata l-effiċjenza tas-sistema, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jiġbdu mill-volumi tal-kwoti l-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu għall-importazzjonijiet attwali. Hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din tal-aħħar għandha partikolarment tkun tista’ timmonitorja r-rata ta’ kif qed jintużaw il-kwoti u tgħarraf lill-Istati Membri skont dan. Għal raġunijiet ta’ ħeffa u effiċjenza, il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha, sa fejn ikun possibli, isseħħ bi trażmissjoni elettronika.

    (6)

    Il-kwoti miftuħa minn dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu ġestiti skont is-sistema tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġiku tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tad-dwana pprovduta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

    (7)

    Billi l-Ftehim Interim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jibqa’ fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mill-Bożnja u Ħerzegovina u li huma elenkati fl-Anness li jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea, għandhom igawdu minn rata ta’ dazju mnaqqsa jew rata żero, fil-livelli u fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni stipulati fl-Anness.

    Sabiex igawdu minn dawn ir-rati preferenzjali, il-prodotti in kwistjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn prova tal-orġini kif ipprovdut fil-Protokoll 2 tal-Ftehim Interim mal-Bożnija u Ħerzegovina jew fil-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Bożnija u Ħerzegovina.

    Artikolu 2

    1.   Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    2.   Komunikazzjonijiet li jirreferu għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu effettwati, sa fejn ikun possibbli, permezz ta’ trażmissjoni elettronika.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw flimkien sabiex jiżguraw l-osservanza ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 13.

    (3)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

    (4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


    ANNESS

    Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li m’għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ex kodiċijiet NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.

    ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD

    Nru tal-Ordni

    kodiċi NM

    suddiviżjoni tat-TARIC

    Deskrizzjoni

    Volum tal-kwota tariffarja annwali (piż nett f’tunnellati)

    Rata ta’ dazju tal-kwota

    09.1594

    0301 91 10

     

    Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

    60 tunnellata

    Eżenti

    0301 91 90

     

    0302 11 10

     

    0302 11 20

     

    0302 11 80

     

    0303 21 10

     

    0303 21 20

     

    0303 21 80

     

    0304 19 15

     

    0304 19 17

     

    ex 0304 19 19  (1)

    30

    ex 0304 19 91

    10

    0304 29 15

     

    0304 29 17

     

    ex 0304 29 19  (2)

    30

    ex 0304 99 21

    11 , 12 , 20

    ex 0305 10 00

    10

    ex 0305 30 90

    50

    0305 49 45

     

    ex 0305 59 80

    61

    ex 0305 69 80

    61

    09.1595

    0301 93 00

     

    Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

    130 tunnellata

    Eżenti

    0302 69 11

     

    0303 79 11

     

    ex 0304 19 19  (1)

    20

    ex 0304 19 91

    20

    ex 0304 29 19  (2)

    20

    ex 0304 99 21

    16

    ex 0305 10 00

    20

    ex 0305 30 90

    60

    ex 0305 49 80

    30

    ex 0305 59 80

    63

    ex 0305 69 80

    63

    09.1596

    ex 0301 99 80

    80

    sparidae (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

    30 tunnellata

    Eżenti

    0302 69 61

     

    0303 79 71

     

    ex 0304 19 39

    80

    ex 0304 19 99

    77

    ex 0304 29 99

    50

    ex 0304 99 99

    20

    ex 0305 10 00

    30

    ex 0305 30 90

    70

    ex 0305 49 80

    40

    ex 0305 59 80

    65

    ex 0305 69 80

    65

    09.1597

    ex 0301 99 80

    22

    Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, pasta u gerbub (pelits), tajbin għall-konsum mill-bniedem

    30 tunnellata

    Eżenti

    0302 69 94

     

    ex 0303 77 00

    10

    ex 0304 19 39

    85

    ex 0304 19 99

    79

    ex 0304 29 99

    60

    ex 0304 99 99

    70

    ex 0305 10 00

    40

    ex 0305 30 90

    80

    ex 0305 49 80

    50

    ex 0305 59 80

    67

    ex 0305 69 80

    67

    09.1598

    1604 13 11

     

    Sardin ippreparat jew ippreżervat

    50 tunnellata

    6  %

    1604 13 19

     

    ex 1604 20 50

    10 , 19

    09.1599

    1604 16 00

     

    Inċova ppreparata jew ippreżervata

    50 tunnellata

    12,5  %

    1604 20 40

     


    (1)  Mill-1 ta’ Jannar 2010 il-kodiċi NM ex 0304 19 19 nbidel għal ex 0304 19 18.

    (2)  Mill-1 ta’ Jannar 2010 il-kodiċi NM ex 0304 29 19 nbidel għal ex 0304 29 18.


    Top