EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0330

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011 tas- 6 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

ĠU L 93, 7.4.2011, p. 10–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/330/oj

7.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/10


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 330/2011

tas-6 ta' April 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK tas-6 ta' April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2011/221/PESK tipprevedi, inter alia, għal miżuri restrittivi ulterjuri fir-rigward tal-Côte d'Ivoire, flimkien ma' dawk imniżżlin fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK (2), inkluż projbizzjoni fuq il-kummerċ ta' bonds u l-għoti ta' self lill-Gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, kif ukoll dispożizzjoni sabiex jiġi żgurat li dawk il-miżuri restrittivi ma jaffettwawx l-operazzjonijiet umanitarji fil-Côte d'Ivoire.

(2)

Dawk il-miżuri restrittivi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b’mod speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jkun hemm azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati.

(3)

Fit-30 ta' Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1975 (“UNSCR 1975 (2011)”) li timponi sanzjonijiet immirati kontra individwi addizzjonali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) u Riżoluzzjonijiet sussegwenti, inklużi dawk l-individwi li jostakolaw il-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-Côte d’Ivoire, jostakolaw il-ħidma tal-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet uniti fil-Côte d’Ivoire (UNOCI) u atturi internazzjonali oħra fil-Côte d’Ivoire u jwettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali.

(4)

Barra minn hekk, il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżlin fl-Annessi I u IA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (3) għandha tiġi emendata.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 560/2005 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3a

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, fir-rigward tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness IA, ir-rilaxx ta' ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal skopijiet umanitarji jsiru disponibbli, wara li tingħata notifika bil-quddiem lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

Artikolu 3b

B'deroga mill-Artikolu 2, u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IA jkun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li nħoloq għal, il-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kienu ġew indikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(i)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IA;

(ii)

il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2);

L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’dik id-deċiżjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”.

(2)

L-Artikolu 9a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9a

Għandu jiġi pprojbit:

(a)

ix-xiri, senserija jew assistenza fil-ħruġ ta' bonds jew titoli ta' sigurtà maħruġa jew iggarantiti wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mill-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent GBAGBO, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'ismu jew taħt l-awtorità tiegħu, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tiegħu jew ikkontrollati minnu. Bħala eċċezzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu awtorizzati jixtru dawk il-bonds jew titoli ta' sigurtà ta' valur korrispondenti għal bonds u titoli ta' sigurtà diġà fil-pussess tagħhom u li waslu biex jimmaturaw;

(b)

l-għoti ta' self, fi kwalunkwe forma, lill-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent GBAGBO, kif ukoll lil persuni jew entitajiet li jaġixxu f'ismu jew taħt l-awtorità tiegħu, jew lil entitajiet li huma l-proprjetà tiegħu jew ikkontrollati minnu.”.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9b

Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 9a ma għandhom jagħtu lok għal ebda responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati jekk ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru dawn il-projbizzjonijiet.”.

Artikolu 2

1.   Il-persuni elenkati fil-parti A tal-Anness I ta' ta' dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista mniżżla fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 u għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

2.   Il-persuna elenkata fil-parti B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

3.   Il-persuni elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  Ara paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(3)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).


ANNESS I

PARTI A

1.   Laurent GBAGBO

Data tat-twelid: 31 ta' Mejju 1945

Post tat-twelid: Gagnoa, Côte d’Ivoire

Ex President tal-Côte d’Ivoire: ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

2.   Simone GBAGBO

Data tat-twelid: 20 ta' Ġunju 1949

Post tat-twelid: Moossou, Grand-Bassam, Côte d’Ivoire

President tal-Grupp Parlamentari tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

3.   Désiré TAGRO

Numru tal-passaport: PD – AE 065FH08

Data tat-twelid: 27 ta' Jannar 1959

Post tat-twelid: Issia, Côte d’Ivoire

Segretarju Ġenerali fl-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f'repressjonijiet vjolenti ta' movimenti popolari.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

4.   Pascal AFFI N’GUESSAN

Numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013.

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1953

Post tat-twelid: Bouadriko, Côte d’Ivoire

President tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

PARTI B

1.   Alcide DJÉDJÉ

Data tat-twelid: 20 ta' Ottubru 1956

Post tat-twelid: Abidjan, Côte d’Ivoire

Konsulent qrib tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011


ANNESS II

Persuni previsti fl-Artikolu 2(3)

A.   Persuni

 

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Diali Zie

 

Direttur tal-aġenzija prinċipali tal-BCEAO Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

2.

Togba Norbert

 

Spettur Ġenerali tat-Teżor Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

3.

Kone Doféré

 

Kollettur ġenerali tat-Taxxi Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

4.

Hanny Tchélé Brigitte, mart Etibouo

 

Instigatriċi ta' film dokumentarju

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

5.

Jacques Zady

 

Direttur tar-Radjodiffużjoni Televiżjoni Ivorjani (RT).

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

6.

Ali Keita

 

Editur tal-ġurnal ta' kulju

Le Temps Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

7.

Kla Koué Sylvanus

 

Direttur Ġenerali tal-Aġenzija tat-Telekomunikazzjoni tal-Côte d’Ivoire), u President tal-Kunsill Ġenerali ta' San-Pedro.

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

8.

Mamadou Ben Soumahoro

 

Membru tal-Assemblea Nazzjonali.

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

9.

Sokouri Bohui

 

Membru tal-Assemblea Nazzjonali, Amministratur tal-ġurnal ta' kuljum Notre Voie Segretarju Ġenerali tal-FPI responsabbli mill-elezzjonijiet.

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

10.

Blon Siki Blaise

 

Allegatament hu ta' Awtorità Għolja għall-Iżvilupp fil-Punent

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

11.

Pasteur Kore Moïse

 

Kunsillier Spiritwali tas-Sur Laurent Gbagbo

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

12.

Moustapha Aziz

 

Kunsillier fir-Rappreentanza għall-Côte d’Ivoire fil-UNESCO

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

13.

Gnamien Yao

 

Ex-Ministru

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

14.

Zakaria Fellah

 

Kunsillier Speċjali tas-Sur Laurent Gbagbo Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

15.

Ghislain N’Gbechi

 

Uffiċjal fil-Missjoni Permanenti tal-Côte d’Ivoire f'New York Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

16.

Charles Kader Gore

 

Negozjant Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

17.

Maitre Sanogo Yaya

 

Avukat fil-Kamra tal-Avukati tal-Côte d’Ivoire Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

18.

Kadio Morokro Mathieu

 

President tal-PETROIVOIRE Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

19.

Marcellin Zahui

 

Direttur Ġenerali tas-CNCE (Kaxxa Nazzjonali ta' Kreditu u ta' Tfaddil) u Amministratur tal-bank BICICI (Bank Interazzjonali għall-Kummerċ u l-Industrija tal- Côte d'Ivoire) nazzjonalizzati illegalment Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

20.

Jean-Claude N'Da Ametchi

 

Direttur Ġenerali tal-Bank Versus, Amministratur tal-bank SGBCI (Kumpannija Ġenerali tal-Banek fil-Côte d'Ivoire) nazzjonalizzata illegalment Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

21.

Anatole Kossa

 

Viċi-President tas-CGFCC (Kumitat ta' ġestjoni tal-katina tal-kafé u l-kawkaw) Kunsillier tal-president preċedenti Gbagbo fil-qasam tal-agrikoltura mill-1 ta' Jannar 2010. Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

22.

Alexandre Kouadio

 

Amministratur proviżorju tal-ARCC (Awtorità ta' regolazzjoni tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

23.

Célestin N'Guessan

 

Amministratur proviżorju tal-FDPCC (Fondi ta' żvilupp u ta' promozzjoni tal-attivitajiet tal-produtturi tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

24.

Claudine Lea Yapobi née Yehiry

 

Amministratur proviżorju tal-FRC (Fondi ta' regolazzjoni u ta' kontroll) u tal-BCC (Borża tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

25.

Deby Dally Balawourou

 

Ġurnalista, President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Istampa Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza

26.

Wenceslas Appiah

 

Direttur Ġenerali tal-BFA, Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

27.

Hubert Houlaye

 

President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Bank Nazzjonali tal-Investimenti Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.


Top