This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0841
2011/841/EU: Council Decision of 5 December 2011 on the conclusion of the Agreement between the European Union and the Republic of Croatia on the participation of the Republic of Croatia in the work of the European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction
2011/841/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Diċembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
2011/841/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Diċembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
ĠU L 334, 16.12.2011, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/841/oj
16.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Diċembru 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
(2011/841/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168(5) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (1) jipprovdi, fl-Artikolu 21 tiegħu, illi ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż terz li jikondividi l-interessi tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fl-għanijiet u l-ħidma tiegħu. |
(2) |
Il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) kien iffirmat f'isem l-Unjoni fis-6 ta’ Diċembru 2010, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) huwa b'dan approvat.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tittrażmetti/jittrażmettu, f'isem l-Unjoni, in-nota diplomatika prevista fl-Artikolu 10 tal-Ftehim (2).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(2) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
16.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/6 |
TRADUZZJONI
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
L-UNJONI EWROPEA (minn hawn ’il quddiem “l-Unjoni”),
min-naħa l-waħda, u
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
min-naħa l-oħra,
FILWAQT LI JFAKKRU li l-Kunsill Ewropew ta’ Thessaloniki fl-2003 kellu l-għan li jsaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet privileġġjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Balkani tal-Punent waqt li jibni fuq l-esperjenza tat-tkabbir;
B’KONT MEĦUD tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid) (1), (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament” u “iċ-Ċentru” rispettivament);
BILLI r-Regolament jistipula fl-Artikolu 21 tiegħu illi ċ-Ċentru se jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jikkondividu l-interessi tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri tagħha fl-objettivi u l-ħidma taċ-Ċentru;
BILLI r-Repubblika tal-Kroazja tikkondividi l-objettivi stabbiliti għaċ-Ċentru fir-Regolament, u billi l-objettiv aħħari tar-Repubblika tal-Kroazja huwa li ssir membru tal-Unjoni Ewropea;
BILLI r-Repubblika tal-Kroazja tissottoskrivi għad-deskrizzjoni tal-kompiti taċ-Ċentru u l-metodu ta’ ħidma u l-oqsma ta’ prijorità tiegħu kif deskritti fir-Regolament;
BILLI teżisti fir-Repubblika tal-Kroazja istituzzjoni adatta li tkun marbuta man-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox);
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Parteċipazzjoni
Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tipparteċipa b’mod sħiħ fix-xogħol taċ-Ċentru, fuq it-termini stabbiliti f’dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox)
1. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tkun marbuta mar-Reitox.
2. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tinnotifika liċ-Ċentru dwar l-elementi prinċipali tan-netwerk ta’ informazzjoni nazzjonali tagħha, inkluż iċ-ċentru nazzjonali tagħha ta’ monitoraġġ, fi żmien 28 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u ssemmi kwalunkwe ċentru ieħor speċjalizzat li jista’ jagħti kontribut siewi għall-ħidma taċ-Ċentru.
Artikolu 3
Bord Maniġerjali
Il-Bord Maniġerjali taċ-Ċentru għandu jistieden rappreżentant mir-Repubblika tal-Kroazja biex jieħu sehem fil-laqgħat tiegħu. Dan ir-rappreżentant għandu jipparteċipa bis-sħiħ imma mingħajr id-dritt għall-vot. Il-Bord Maniġerjali jista’, b’mod eċċezzjonali, isejjaħ laqgħa limitata għar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Il-Bord Maniġerjali, f’seduta mar-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kroazja għandu jistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati li għandhom x’jaqsmu mal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru.
Artikolu 4
Baġit
Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tagħmel kontribut finanzjarju għall-attivitajiet taċ-Ċentru, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal dan il-Ftehim, li għandu jifforma parti integrali tiegħu.
Artikolu 5
Il-Protezzjoni u l-Kunfidenzjalità tad-Data
1. Fejn fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim informazzjoni tiġi mgħoddija miċ-ċentru lill-awtoritajiet Kroati skont il-liġi tal-Unjoni u dik Kroata, tali informazzjoni għandha tintuża biss għall-fini ddikjarat u skont il-kondizzjonijiet preskritti mill-awtorità li tkun qed tgħaddiha. Tali informazzjoni m’għandhiex tinkludi data personali.
2. Data dwar drogi u d-dipendenza fuq id-Droga pprovduta lill-awtoritajiet Kroati miċ-Ċentru tista’ tkun ippubblikata soġġetta għall-konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk Kroati dwar it-tixrid u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. Data personali ma tistax tiġi ppubblikata jew issir disponibbli għall-pubbliku.
3. Ċentri speċjalizzati magħżula fir-Repubblika tal-Kroazja m’għandhom ikunu taħt l-ebda obbligu li jagħtu informazzjoni li tkun ikklassifikata bħala kunfidenzjali taħt il-leġislazzjoni Kroata.
4. Fir-rigward ta’ data mgħoddija liċ-Ċentru mill-awtoritajiet Kroati, dawn tal-aħħar ikunu marbutin bir-regoli stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament.
Artikolu 6
Status legali
Iċ-Ċentru għandu jgawdi fir-Repubblika tal-Kroazja l-istess kapaċità legali mogħtija lill-entitajiet legali skont il-liġi tal-Kroazja.
Artikolu 7
Responsabbiltà
Ir-responsabbiltà taċ-Ċentru għandha tkun irregolata mir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament.
Artikolu 8
Il-privileġġi
Sabiex iċ-Ċentru u l-persunal tiegħu jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tagħtihom il-privileġġi u l-immunitajiet identiċi għal dawk li jinsabu fl-Artikoli 1 sa 4, l-Artikoli 5 u 6, l-Artikoli 10 sa 13, l-Artikoli 15, 17 u 18 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Artikolu 9
Regolamenti tal-Persunal
Skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2), iċ-ċittadini Kroati li jgawdu mid-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jkunu impjegati b’kuntratt mid-Direttur taċ-Ċentru.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta’ meta tasal in-nota diplomatika tal-aħħar li tikkonfema illi ġew imwettqa r-rekwiżiti legali tal-Parti Kontraenti rispettiva dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Artikolu 11
Validità u Terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu ta’ żmien mhux limitat. Għandu jiġi tterminat fid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.
2. Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub mibgħuta lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ sitt xhur wara d-data tal-wasla ta’ tali notifika.
Magħmul fi Brussell, fis-6 ta’ Diċembru 2010 f’żewġ kopji bl-Ingliż.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblka tal-Kroazja
(1) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
ANNESS
IL-KONTRIBUT FINANZJARJU TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA LIĊ-ĊENTRU EWROPEW GĦALL-MONITORAĠĠ TAD-DROGA U D-DIPENDENZA FUQ ID-DROGA
1. |
Il-kontribut finanzjarju li għandu jitħallas mir-Repubblika tal-Kroazja għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tipparteċipa fiċ-Ċentru se tiżdied progressivament fuq perijodu ta’ erba' snin li matulhom l-attivitajiet ikunu introdotti gradwalment mir-Repubblika tal-Kroazja. Il-kontributi finanzjarji meħtieġa huma:
Mill-ħames sena ta’ parteċipazzjoni, il-kontribut finanzjarju annwali li għandu jitħallas mir-Repubblika tal-Kroazja liċ-Ċentru għandu jkun il-kontribut tar-raba' sena ta’ parteċipazzjoni indiċizzat fuq bażi tar-rata taż-żieda tas-sovvenzjoni tal-Unjoni għaċ-Ċentru. Biex tħallas il-kontribut tagħha liċ-Ċentru, ir-Repubblika tal-Kroazja tista' tuża parzjalment l-għajnuna tal-Unjoni b'kontribut massimu tal-Unjoni ta’ 75 % fl-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni, 60 % fit-tieni sena ta’ parteċipazzjoni u 50 % minn hemm ‘il quddiem. Soġġett għal proċedura separata ta’ programmar, il-fondi rikjesti tal-Unjoni għandhom ikunu ttrasferiti lir-Repubblika tal-Kroazja permezz ta’ memorandum separat ta’ finanzjament. Il-parti li jkun fadal mill-kontribut tkun koperta mir-Repubblika tal-Kroazja. |
2. |
Il-kontribut tar-Repubblika tal-Kroazja għandu jkun ġestit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2). L-ispejjeż tal-ivjaġġar u tal-għajxien tar-rappreżentanti u l-esperti tar-Repubblika tal-Kroazja għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet taċ-Ċentru jew laqgħat relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru għandhom ikunu rimborżati miċ-Ċentru fuq l-istess bażi bħall-proċeduri li huma bħalissa fis-seħħ għall-Istati Membri tal-Unjoni u f’konformità magħhom. |
3. |
Għall-ewwel sena kalendarja tal-parteċipazzjoni tagħha, ir-Repubblika tal-Kroazja se tħallas kontribut ikkalkulat mid-data tal-parteċipazzjoni sal-aħħar tas-sena fuq bażi pro rata. Għas-snin ta’ wara, il-kontribut ser ikun skont dan il-Ftehim. |