Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0815

    2011/815/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUTM Somalia/1/2011 tas- 6 ta’ Diċembru 2011 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

    ĠU L 324, 7.12.2011, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/12/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/815/oj

    7.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 324/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUTM SOMALIA/1/2011

    tas-6 ta’ Diċembru 2011

    dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

    (2011/815/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1) (EUTM Somalia), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Kmandant tal-EUTM Somalia laqqa' l-Konferenzi dwar il-Ġenerazzjoni tal-Forzi u l-Forniment tal-Persunal fis-17 ta' Novembru 2008, fis-16 ta' Diċembru 2008 u fid-19 ta' Marzu 2009.

    (2)

    Wara r-rakkomandazzjonijiet dwar kontribuzzjoni mis-Serbja għall-EUTM Somalia mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-UE (EUMC), il-kontribuzzjoni mis-Serbja għandha tiġi aċċettata.

    (3)

    Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka, għalhekk, ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u fil-finanzjament tal-EUTM Somalia,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Kontribuzzjonijiet ta' Stati Terzi

    B'kont meħud tas-sejbiet tal-Konferenzi dwar il-Ġenerazzjoni tal-Forzi u l-Forniment tal-Persunal tas-17 ta' Novembru 2008, is-16 ta' Diċembru 2008 u d-19 ta' Marzu 2009 u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u l-EUMC, il-kontribuzzjoni mis-Serbja għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) għandha tkun aċċettata.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    O. SKOOG


    (1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.


    Top