Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0760

2011/760/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Novembru 2011 dwar l-allokazzjoni lil Spanja u Franza ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8303)

ĠU L 313, 26.11.2011, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/760/oj

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Novembru 2011

dwar l-allokazzjoni lil Spanja u Franza ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8303)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2011/760/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet mhux tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Punti 7.1, 7.3. u 7.6 tal-Anness IIB tiegħu;

Billi:

(1)

Il-punt 5.1 tal-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 57/2011 jispeċifika l-għadd massimu ta’ jiem li fihom bastimenti tal-UE ta’ tul totali ta’ 10 metri jew aktar u li għandhom abbord xbieki tat-tkarkir regolati (tartaruni Daniżi u rkaptu simili b’malji ta’ 32 mm jew aktar u għeżula b’malji ta’ 60 mm jew aktar u konzijiet tal-qiegħ) jistgħu jkunu preżenti fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES, bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz, mill-1 ta’ Frar 2011 sal-31 ta’ Jannar 2012.

(2)

Il-punt 7.1 tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jippermetti li l-Kummissjoni talloka għadd ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar li fihom bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru li jkun qed iġorr kwalunkwe rkaptu regolat, abbażi tal-waqfiet permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li saru mill-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Jannar 2011.

(3)

Il-punt 7.6 tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jippermetti li l-Kummissjoni tista’ b’mod eċċezzjonali tagħti allokazzjoni ta’ jiem addizzjonali matul il-perjodu ta’ ġestjoni tal-2011 abbażi tal-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd li jkun seħħ mill-1 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Jannar 2010 u li ma kienx is-suġġett ta’ talba minn qabel għal jiem addizzjonali.

(4)

Fit-3 u l-21 ta’ Ġunju 2011, Spanja ressqet talbiet skont il-punt 7.2 ta’ dak l-Anness li kienu jinkludu dejta li turi li tmien bastimenti tas-sajd waqqfu l-attivitajiet tagħhom b’mod permanenti bejn l-1 ta’ Frar 2004 u l-31 ta’ Jannar 2010 u tliet bastimenti tas-sajd waqqfu l-attivitajiet tagħhom b’mod permanenti bejn l-1 ta’ Frar 2010 u l-31 ta’ Jannar 2011, u li dawn ma kinux is-suġġett ta’ talba minn qabel għal jiem addizzjonali. Minħabba d-dejta mogħtija u wara li kien ikkunsidrat il-metodu ta’ kalkolu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-punt 7.1 ta’ dak l-Anness, Spanja għandha tiġi allokata disat (9) ijiem addizzjonali fuq il-baħar għall-bastimenti msemmija fil-punt 1 ta’ dak l-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Frar 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012.

(5)

Fl-14 ta’ Lulju 2011, Franza ressqet talba skont il-punt 7.2 ta’ dak l-Anness li kienet tinkludi dejta li turi li sitt bastimenti tas-sajd waqqfu l-attivitajiet tagħhom b’mod permanenti bejn l-1 ta’ Frar 2004 u l-31 ta’ Jannar 2010 u li dawn ma kinux is-suġġett ta’ talba minn qabel għal jiem addizzjonali. Minħabba d-dejta mogħtija u wara li kien ikkunsidrat il-metodu ta’ kalkolu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-punt 7.1 ta’ dak l-Anness, Franza għandha tiġi allokata 23 jum addizzjonali fuq il-baħar għall-bastimenti msemmija fil-punt 1 ta’ dak l-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Frar 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-għadd massimu ta’ jiem fuq il-baħar li għalihom bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Spanja jista’ jiġi awtorizzat li jkun preżenti fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz li jkun qed iġorr kwalunkwe rkaptu regolat u mhux suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni speċjali elenkata fil-punt 5.2 tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011, kif stabbilit fit-Tabella I ta’ dak l-Anness, għandu jiżdied għal 167 jum fis-sena.

Artikolu 2

L-għadd massimu ta’ jiem fuq il-baħar li għalihom bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Franza jista’ jiġi awtorizzat li jkun preżenti fid-divżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz li jkun qed iġorr kwalunkwe rkaptu regolat u mhux suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni speċjali elenkata fil-punt 5.2 tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011, kif stabbilit fit-Tabella I ta’ dak l-Anness, għandu jiżdied għal 165 jum fis-sena.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja u lir-Repubblika ta’ Franza.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


Top