Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0688

    2011/688/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX KOSOVO/1/2011 tal- 14 ta’ Ottubru 2011 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

    ĠU L 270, 15.10.2011, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/06/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/688/oj

    15.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 270/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EULEX KOSOVO/1/2011

    tal-14 ta’ Ottubru 2011

    li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

    (2011/688/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 (2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap ta’ Missjoni.

    (2)

    Fit-8 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (3) li testendi t-tul ta’ żmien tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012.

    (3)

    Bid-Deċiżjoni 2010/431/PESK tas-27 ta’ Lulju 2010 (4), wara proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (RGħ), il-KPS ħatar lis-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO b’effett mill-15 ta’ Ottubru 2010. Dik id-Deċiżjoni hija applikabbli sal-14 ta’ Ottubru 2011.

    (4)

    Fit-23 ta’ Settembru 2011, ir-RGħ pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala Kap ta’ Missjoni ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC bħala Kap ta’ Missjoni tal- EULEX KOSOVO huwa b’dan estiż sal-14 ta’ Ġunju 2012.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    O. SKOOG


    (1)  Skont ir-Reżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti

    (2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

    (3)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.

    (4)  ĠU L 202, 4.8.2010, p. 10.


    Top