Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0538

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/538/PESK tat- 12 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

    ĠU L 236, 13.9.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/538/oj

    13.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 236/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/538/PESK

    tat-12 ta’ Settembru 2011

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1).

    (2)

    Jeħtieġ li jiġi pprovdut ammont ta’ referenza finanzjarja għall-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2011 sat-30 ta' Settembru 2012.

    (3)

    Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2010/565/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 5(6) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkollabora mill-viċin, fil-qasam tal-kompetenza tiegħu, mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE u l-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri preżenti f'Kinshasa.";

    (2)

    Fl-Artikolu 9(1), jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

    "L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2011 sat-30 ta' Settembru 2012 għandu jkun ta' EUR 13 600 000.";

    (3)

    L-Artikolu 12(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "4.   Il-Kap tad-delegazzjoni tal-UE f'Kinshasa għandu jipprovdi, fil-qafas ġenerali stabbilit bid-dokumenti ta' ppjanar, linji gwida politiċi lokali għall-missjoni EUSEC RD Congo.";

    (4)

    L-Artikolu 12(7) huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 248, 22.9.2010, p. 59.


    Top