EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0498
2011/498/EU: Commission Decision of 9 August 2011 terminating the anti-dumping proceeding concerning imports of tris(2-chloro-1-methylethyl)phosphate originating in the People’s Republic of China
2011/498/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Awwissu 2011 li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fosfat tat-tris(2-kloro-1-metiletil) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
2011/498/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Awwissu 2011 li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fosfat tat-tris(2-kloro-1-metiletil) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 205, 10.8.2011, p. 35–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
10.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Awwissu 2011
li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fosfat tat-tris(2-kloro-1-metiletil) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2011/498/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA
1. Inizjazzjoni
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”), permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni”), ħabbret il-bidu ta’ proċediment ta’ anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-fosfat tat-tris(2-kloro-1-metiletil) (“TCPP”) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”). |
(2) |
Il-proċediment ġie inizjat wara lment li tressaq fid-9 ta’ Ġunju 2010 mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija Kimika (CEFIC) (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tat-TCPP. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping tat-TCPP u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li tqies li kien biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment. |
2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(3) |
Dwar il-bidu tal-proċediment, il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lil produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti li huwa magħruf li huma kkonċernati, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha li kienu talbu dan, u li kienu wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
(4) |
Minħabba dak li jidher bħala għadd għoli ta’ produtturi esportaturi u ta’ importaturi, fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni tqies li jsir xi teħid ta’ kampjuni biex jiġu stabbiliti d-dumping u d-dannu, u dan skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-ħtieġa tat-teħid ta’ xi kampjuni u, jekk hu hekk, biex jingħażel il-kampjun, il-produtturi esportaturi u l-importaturi kollha ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (1 ta’ Lulju 2009 – 30 ta’ Ġunju 2010). |
(5) |
Wara li ġiet eżaminata l-informazzjoni mressqa, u minћabba n-numru gћoli ta’ importaturi li indikaw li kienu lesti li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teћid ta’ kampjuni kien meћtieġ fil-każ ta’ importaturi mhux relatati. Dan filwaqt li, minħabba l-għadd limitat ta’ produtturi esportaturi li indikaw li kienu lesti li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ fir-rigward tal-produtturi esportaturi. |
(6) |
Sitt importaturi mhux relatati, li jiġbru taħthom il-25 % tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Żewġ importaturi, li jiġbru taħthom 20 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet tal-importaturi li qablu li jkunu inklużi fil-kampjun, ġew inklużi fih. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq l-għażla tal-kampjun. Ma tressqet ebda oġġezzjoni dwar l-għażla tal-kampjun. |
(7) |
Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi fil-kampjun, lill-produtturi tal-Unjoni, lill-utenti kollha fl-Unjoni, u lill-produtturi magħrufa fl-Istati Uniti tal-Amerka (“USA”), pajjiż li tqies bħala wieħed analogu. It-tweġibiet għall-kwestjonarju ntlaqgħu minn erba’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, produttur minn pajjiż analogu, tliet produtturi tal-Unjoni, żewġ importaturi fil-kampjun u 35 utent fl-UE. Madankollu, wieħed mill-erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi ressaq tweġiba tassew fqira għall-kwestjonarju, u għaldaqstant tqies daqslikieku ma kkooperax. |
(8) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għal trattament individwali (“TI”), jekk esprimew din ix-xewqa, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi li kienu ppreżentaw lilhom infushom sal-iskadenzi stipulati fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni. Żewġ (gruppi ta’) kumpaniji talbu TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES. Kumpanija waħda talbet biss TI. |
(9) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
(10) |
Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li jista’ ma jingћatalhomx TES u għall-produttur esportatur li talab biss TI, saret verifika fuq il-post fil-kumpanja li ġejja sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta mill-USA bħala pajjiż analogu:
|
2.1. Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(11) |
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”). |
3. Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili
3.1. Il-prodott ikkonċernat
(12) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-fosfat tat-tris(2-kloro-1-metiletil) li joriġina mir-RPĊ li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2919 90 00. Il-prodott għandu n-numru CUS (Customs Union and Statistics) 0024577-2. Dan jissejjaħ ukoll “TCPP” u huwa magħruf ukoll b’dawn is-sinonimi li ġejjin:
|
(13) |
Il-prodott ikkonċernat irażżan il-fjamma u jintuża l-iktar fil-produzzjoni tal-poliuretan (PUR) fil-kostruzzjoni u fl-għamara. |
3.2. Il-prodott simili
(14) |
L-investigazzjoni wriet li t-TCPP prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u t-TCPP impurtat fl-Unjoni mir-RPĊ, u dak prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fl-USA, li tqieset pajjiż analogu, kif ukoll it-TCPP prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi. Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
4. Is-sejbiet preliminari u l-proċedura sussegwenti
(15) |
Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni wriet lill-partijiet interessati dokument ta’ informazzjoni li jirrivela s-sejbiet preliminari fir-rigward ta’ dan il-proċediment. Minħabba l-ħtieġa li jkomplu jiġu eżaminati ċerti aspetti tal-investigazzjoni, tqies f’loku li ma jiġu imposti ebda miżuri provviżorji u biex l-investigazzjoni tibqa’ għaddejja. Il-partijiet kollha ngħataw l-opportunità li jippreżentaw evidenza u kummenti rilevanti rigward is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasset li kienet meħtieġa għas-sejbiet finali tagħha. |
B. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT
(16) |
Permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Ġunju 2011 indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. |
(17) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm dan it-tmiem ma jmurx kontra l-interess tal-Unjoni. |
(18) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jitwaqqaf peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda fatt li juri li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma waslu ebda kummenti li setgħu biddlu din id-deċiżjoni. |
(19) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-fosfat tat-tris(2-kloro-1-metiletil), li joriġina fir-RPĊ għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment ta’ anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fosfat tat-tris(2-kloro-1-metiletil) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li attawalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2919 90 00 hu b’dan itterminat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 201, 23.7.2010, p. 5.