EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0493

2011/493/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Awwissu 2011 li tapprova l-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5625)

ĠU L 203, 6.8.2011, p. 32–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2021; Imħassar b' 32020R0687

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/493/oj

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li tapprova l-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5625)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2011/493/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-paragrafu 2 tal-Parti B tal-Anness XVIII tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/85/KE (“id-Direttiva”) tintroduċi l-miżuri tal-Unjoni għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, inklużi dawk li jridu jiġu applikati jekk ikun hemm konferma tal-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ.

(2)

Ġie kkonfermat każ wieħed tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-ħnieżer slavaġ u 11-il tifqigħa ta’ din il-marda fil-bhejjem domestiċi fir-reġjun ta’ Burgas fil-Bulgarija bejn il-5 ta’ Jannar u s-7 ta’ April 2011. Bħala riżultat ta’ dan, il-Bulgarija ħadet il-passi fil-qafas tad-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 85(4) tad-Direttiva, malli l-awtorità kompetenti tal-Bulgarija kellha l-konferma tal-każ primarju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ, applikat il-miżuri stipulati fil-Parti A tal-Anness XVIII tad-Direttiva biex tnaqqas il-firxa tal-marda.

(4)

Barra minn hekk, il-Bulgarija fasslet pjan biex teqred il-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fiż-żona li ġiet identifikata li kienet infettata u speċifikat il-miżuri li ġew applikati fl-azjendi li qegħdin f’dik iż-żona skont il-Parti B tal-Anness XVIII tad-Direttiva.

(5)

Fl-4 ta’ April 2011, fi żmien 90 ġurnata wara l-konferma tal-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ, il-Bulgarija ressqet pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ f’partijiet mir-reġjuni ta’ Burgas, Yambol u Haskovo.

(6)

Wara valutazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, instab li l-pjan imressaq mill-Bulgarija jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti B tal-Anness XVIII tad-Direttiva u jidher li jwassal għall-kisba tal-objettivi mixtieqa. Għaldaqstant, il-pjan għandu jiġi approvat.

(7)

Barra dan, f’xi partijiet tar-reġjuni ta’ Burgas u Yambol, il-miżuri stipulati fil-pjan tal-qerda huma rinfurzati bil-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (2).

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tal-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija

Il-pjan imressaq quddiem il-Kummissjoni mill-Bulgarija fl-4 ta’ April 2011 għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ li huma suxxettibbli għal din il-marda fiż-żoni stabbiliti fl-Anness huwa approvat.

Artikolu 2

Il-konformità

Il-Bulgarija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni u tippubblika dawk l-istess miżuri.

Hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Id-Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 19, 22.1.2011, p. 20.


ANNESS

Żoni fil-Bulgarija fejn għandu jiġi implimentat il-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ suxxettibbli għaliha

Iż-żoni fir-reġjuni ta’ Burgas, Yambol u Haskovo fil-perimetri li jidhru hawn taħt:

1.

Il-limitu tal-fruntiera tat-Tramuntana:

(a)

fil-muniċipji ta’ Primorsko u Sozopol (fir-Reġjun ta’ Burgas):

(i)

it-triq Nru 99 li tibda min-naħa tal-Punent tal-belt ta’ Kiten fuq il-kosta tal-Baħar l-Iswed, u tibqa’ sejra sa Primorsko, u minn hemm it-triq sekondarja Nru 992 lejn Yasna Polyana u iżjed ’il quddiem lejn Novo Panicharevo sakemm taħbat mat-triq Nru 9/E87,

(ii)

it-triq Nru 9/E87 lejn it-Tramuntana safejn taqsam it-triq sekondarja lejn Izvor,

(iii)

it-triq lejn Izvor, Zidarovo, Gabar sal-punt fejn it-triq lokali taħbat mal-fruntiera amministrattiva tal-muniċipju ta’ Sredets fil-koordinat 42°18′19,82″N / 27°17′12,11″E;

(b)

fil-muniċipju ta’ Sredets (fir-Reġjun ta’ Burgas):

(i)

it-triq lokali mill-koordinat deskritt fil-punt (i) sa Drachevo, ir-raħal ta’ Drachevo u mbagħad tibqa’ sejra sat-triq li twassal mit-Tramuntana ta’ Drachevo sal-konnessjoni bejn it-triq nazzjonali Nru 79 u t-triq nazzjonali Nru 53 fil-Lvant tal-villaġġ ta’ Sredets,

(ii)

il-fruntiera tan-Nofsinhar ta’ Sredets,

(iii)

it-triq lokali minn Sredets lejn il-punent sar-raħal ta’ Belila u sal-pont li jaqsam ix-xmara Sredetska fin naħa tal-Punent tar-raħal ta’ Prohod, u jinkludi r-raħal ta’ Prohod,

(iv)

ix-xmara Sredetska minn fejn tiltaqa’ mat-triq lokali li twassal minn Prohod għal Bistrets sal-punt fejn dik il-fergħa tax-xmara li twassal għar-raħal ta’ Oman (fil-muniċipju ta’ Bolyarovo) tmiss mal-fruntiera tal-muniċipju ta’ Bolyarovo fil-koordinat 42°16′57,78″N / 26°57′33,54″E;

(c)

fil-muniċipju ta’ Bolyarovo (fir-Reġjun ta’ Yambol):

(i)

ix-xmara Sredetska mill-punt fejn il-fergħa li twassal għar-raħal ta’ Oman taħbat mal-fruntiera tal-muniċipju ta’ Bolyarovo fil-koordinat 42°16′57,78″N / 26°57′33,54″E sa Oman,

(ii)

it-triq minn Oman li tagħti għal Dennitsa u iżjed ’il quddiem, sal-punt fejn taħbat mat-triq li twassal minn Kamenets sa Stefan Karadzhovo,

(iii)

it-triq bejn Stefan Karadzhovo u Dabovo, u iżjed ’il quddiem sa Popovo u mbagħad safejn tasal mal-fruntiera tal-muniċipju ta’ Elhovo fil-koordinat 42°10′48″N / 26°41′45″E;

(d)

fil-muniċipju ta’ Elhovo (fir-Reġjun ta’ Yambol):

(i)

it-triq għal Dobrich mill-punt imsemmi fil-punt (c)(iii) sa fejn taħbat mat-triq Nru 79 fin-naħa tan-Nofsinhar ta’ Dobrich,

(ii)

it-triq Nru 79 minn Dobrich sa fejn taqsam it-triq Nru 7 in-naħa tal-Lvant ta’ Elhovo.

2.

Il-limitu tal-fruntiera tal-Punent:

(a)

fil-muniċipju ta’ Elhovo (fir-Reġjun ta’ Yambol):

(i)

it-triq Nru 7 minn Elhovo sa fejn taqsam it-triq Nru 76 in-naħa tal-Grigal tar-raħal ta’ Knyazhevo,

(ii)

it-triq sekondarja li taqsam it-triq Nru 76 fin-naħa tat-Tramuntana tar-raħal ta’ Knyazhevo u li twassal għal Srem;

(b)

fil-muniċipju ta’ Topolovgrad (fir-Reġjun ta’ Haskovo):

(i)

it-triq li twassal minn Knyazhevo għal Srem, Ustem u tasal sa Planinovo,

(ii)

it-triq minn Planinovo sal-intersezzjoni fil-koordinat 41°57′12″N / 26°21′56″E qrib il-fruntiera mal-muniċipju ta’ Svilengrad;

(c)

fil-muniċipju ta’ Svilengrad (fir-Reġjun ta’ Haskovo):

(i)

it-triq li twassal għan-naħa tan-Nofsinhar, ġejja mill-intersezzjoni msemmija fil-punt (b)(ii), lejn Dervishka Mogila, Levka u sal-intersezzjoni mat-triq Nru 55 li twassal għal Svilengrad,

(ii)

it-triq Nru 55 mill-intersezzjoni msemmija fil-punt (i) sal-intersezzjoni mat-triq Nru 8 fin-naħa tat-Tramuntana ta’ Svilengrad,

(iii)

it-triq Nru 8 min-naħa tan-Nofsinhar ix-Xlokk ta’ Svilengrad, li tgħaddi f’parallel mat-triq Nru E80, sa Kapitan Andreevo fil-fruntiera mat-Turkija.

3.

Il-limitu tal-fruntiera tan-Nofsinhar:

Il-fruntiera nazzjonali (kemm l-art kif ukoll ix-xmara) bejn il-Bulgarija u t-Turkija bejn Kapitan Andreevo fil-Punent u Rezovo fil-Lvant.

4.

Il-limitu tal-fruntiera tal-Lvant:

Il-kosta tal-Baħar l-Iswed bejn Rezovo u Kiten.


Top