Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0466

    2011/466/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Lulju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada

    ĠU L 195, 27.7.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/466/oj

    27.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 195/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 ta’ Lulju 2011

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada

    (2011/466/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u (7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada (2) (“il-Ftehim”) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati.

    (2)

    Il-Ftehim ġie ffirmat fis-6 ta’ Mejju 2009 f’isem l-Unjoni soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/469/KE (3).

    (3)

    Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel notifika lill-Kanada fir-rigward tas-suċċessjoni tal-Komunità Ewropea mill-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

    (5)

    Jeħtieġ li jiġu stipulati l-arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-korpi konġunti stabbiliti bil-Ftehim, kif ukoll għall-adozzjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet li jirrigwardaw b’mod partikolari l-emendar tal-Ftehim u tal-Annessi tiegħu, iż-żieda ta’ annessi ġodda, it-tmiem ta’ annessi individwali, il-konsultazzjonijiet u s-soluzzjoni tat-tilwim u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja.

    (6)

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ftehimiet bilaterali tagħhom mal-Kanada dwar l-istess suġġett jintemmu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim (4) huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tagħmel in-notifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim u li tagħmel/jagħmlu n-notifika li ġejja:

    “B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala l-‘Unjoni Ewropea.’.”

    Artikolu 3

    1.   L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt tal-Partijiet stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim mill-Kummissjoni Ewropea megħjuna mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u akkumpanjata mill-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni bħala rappreżentanti tal-Istati Membri.

    2.   L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Settorjali Konġunt dwar iċ-Ċertifikazzjoni previst fil-paragrafu 2 tal-Anness A tal-Ftehim u fil-Kumitat Settorjali Konġunt dwar il-Manutenzjoni previst fil-paragrafu 4 tal-Anness B tal-Ftehim mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni megħjuna mill-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni kkonċernati direttament mill-aġenda ta’ kull laqgħa.

    Artikolu 4

    1.   Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill, għandha tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-Partijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

    L-adozzjoni jew l-emendar tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt tal-Partijiet previst fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim.

    2.   Wara konsultazzjoni mal-kumitat speċjali msemmi fil-paragrafu 1 u b’konsiderazzjoni sħiħa tal-opinjoni tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

    Tadotta miżuri ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim;

    Titlob li jsiru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim;

    Tieħu miżuri għas-sospensjoni skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim;

    Bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tkun ippreżentat analiżi dettaljata u fattwali tal-effetti u l-fattibbiltà tal-modifiki maħsuba, temenda l-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 16(5) tal-Ftehim safejn dawn l-emendi jkunu konsistenti ma’, u ma jinvolvux xi modifika ta’, l-atti legali rilevanti tal-Unjoni;

    Tneħħi Annessi individwali f’konformità mal-Artikolu 16(3) u (5) tal-Ftehim;

    Kwalunkwe azzjoni oħra li trid tittieħed minn Parti kif previst fil-Ftehim, soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-liġi tal-UE.

    3.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni u skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, fir-rigward ta’ kwalunkwe emenda oħra għall-Ftehim li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SAWICKI


    (1)  Kunsens tat-23 ta’ Ġunju 2011.

    (2)  ĠU L 153, 17.6.2009, p. 11.

    (3)  ĠU L 153, 17.6.2009, p. 10.

    (4)  It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 153, 17.6.2009, p. 11 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.


    Top