This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0357
Council Decision 2011/357/CFSP of 20 June 2011 amending Decision 2010/639/CFSP concerning restrictive measures against certain officials of Belarus
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja
ĠU L 161, 21.6.2011, p. 25–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2012
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010D0639 | Żieda | artikolu 3 TR | 20/06/2011 | |
Modifies | 32010D0639 | Żieda | artikolu 3 BI | 20/06/2011 | |
Modifies | 32010D0639 | Emenda | anness III.A | 20/06/2011 | |
Modifies | 32010D0639 | Sostituzzjoni | titolu | 20/06/2011 |
21.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/357/PESK
tal-20 ta’ Ġunju 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1). |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali. |
(3) |
Barra minn hekk, għandhom jiġu inklużi aktar persuni u entitajiet fuq il-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tidher fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi emendatakif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
1. |
It-titolu tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja”. |
2. |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u ta’ materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lill-Bjelorussja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew permezz ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, huma pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le. 2. Huma pprojbiti:
Artikolu 3b 1. L-Artikolu 3a mgħandux japplika għal:
bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet u assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti. 2. Il-paragrafu 3a m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket kontra l-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Bjelorussja minn persunal tan-NU, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u dawk li jaħdmu fl-iżvilupp u persuni assoċjati esklussivament għall-użu personali tagħhom.”. |
Artikolu 2
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2
A. Persuni
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Post u data tat-twelid, informazzjoni oħra ta' identifikazzjoni (numru tal-passaport…) |
Raġunijiet |
1 |
Andrey Kazheunikau Andrey Kozhevnikov |
Андрэй Кажэўнiкаў |
Андрей Кожевников |
|
Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Young Front, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda. |
2 |
Grachova, Liudmila (Grachova, Ludmila; Grachova Lyudmila) Gracheva Liudmila (Gracheva Lyudmila; Grachiova Ludmila) |
Грачова Людмiла |
Грачева Людмила |
|
Imħallef tal-Qorti Distrettwali Leninski ta' Minsk. Hija ttrattat il-kawża tal-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod tagħha kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija ħalliet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi rrilevanti għall-persuni akkużati. |
3 |
Chubkavets Kiril Chubkovets Kirill |
Чубкавец Кiрыл |
Чубковец Кирилл |
|
Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda. |
4 |
Peftiev Vladimir Peftiev Vladimir Pavlovich |
Пефцiеў Уладзiмiр Паўлавiч |
Пефтиев Владимир Павлович |
Imwieled fl-1 ta' Lulju 1957 fil-belt ta' Berdyansk, Zaporozhskaya Oblast, Ukraina Numru tal-passaport attwali: MP2405942 |
Persuna assoċjata mal-President Lukashenko u l-familja tiegħu. Konsulent ekonomiku ewlieni tal-President Lukashenko u sponsor finanzjarju prinċipali tar-reġim ta' Lukashenko. President tal-Kunsill tas-Sidien tal-Ishma ta' Beltechexport, l-akbar kumpanija ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' prodotti tad-difiża fil-Bjelorussja |
B. Entitajiet
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|||||
1 |
Beltechexport |
|
ЗАО “Белтехэкспорт” |
|
Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir |
|||||
2 |
Sport-Pari (Operatur tal-Kumpannija tal-Lotterija Repubblikana) |
|
ЗАО “Спорт-пари” (оператор республиканской лотереи) |
|
Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir |
|||||
3 |
Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications |
|
частное унитарное предприятие ЧУП “БТ Телекоммуникации” |
|
Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir |