Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0350

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni

ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj

Related international agreement
Related international agreement

18.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Marzu 2011

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni

(2011/350/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 16, 74, 77 (2) and 79(2) (a) and (c) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewopew,

Billi:

(1)

Wara l-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Frar 2006, ġew iffinalizzati n-negozjati mal-Prinċipat tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Svizzera għal Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

(2)

Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/261/KE (1) u 2008/262/ĠAI (2), u soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll ġie ffirmat f’isem l-Komunità Ewropea fit-28 ta’ Frar 2008.

(3)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat.

(5)

Sa fejn jirrigwarda l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ taħt it-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa adatt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3) issir applikabbli, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet mal-Liechtenstein.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (5); għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u dokumenti relatati huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea.

It-testi tal-Protokoll u tad-dokumenti relatati huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 2(1) u (2) tal-Protokoll u għall-iżvilupp tagħhom safejn dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex elenkati fid-Deċiżjoni 2000/365/KE u 2002/192/KE.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE għandhom japplikaw, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita f’isem l-Unjoni Ewropea l-Istrument ta’ approvazzjoni kif hemm previst fl-Artikolu 9 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tkun marbuta, sabiex jagħmel in-notifika li ġejja:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għaldaqstant, ir-referenzi għal ’il-Komunità Ewropea’ fil-Protokoll kif ukoll fil-Ftehim, fejn applikabbli, għandhom jinfthiemu bħala għal ‘l-Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE tat-28 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/262/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 5).

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(4)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43

(5)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20


ATT FINALI

Il-Plenipotenzjarji

tal-UNJONI EWROPEA

kif ukoll

tal-KOMUNITÀ EWROPEA

kif ukoll

tal-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

kif ukoll

tal-PRINĊIPALITÀ TA’ LIECHTENSTEIN,

minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”,

imlaqqgħin fi Brussell fit-tmienja u għoxrin jum ta’ Frar tas-sena 2008 għall-iffirmar tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, adottaw il-Protokoll.

Il-Plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet li ġejjin elenkati hawn taħt u annessi ma’ dan l-Att Finali:

Dikjarazzoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

Dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet kontraenti dwar l-Artikolu 23(7) tal-Konvenzjoni tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1);

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea u l-Liechtenstein dwar ir-relazzjonijiet esterni;

Dikjarazzjoni mil-Liechtenstein dwar l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali;

Dikjarazzjoni mil-Liechtenstein dwar l-Artikolu 5(2)(b)

Dikjarazzjoni mil-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni;

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea dwar il-Fond tal-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013;

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasmissjoni tal-proposti;

Dikjarazzjoni Komuni dwar Laqgħat Konġunti.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

På Europeiska unionens vägnar

Image

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image

За Княжество Лихтенщайн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat ta' Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Liechtensteinu

Pelo Principado do Liechtenstein

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image


(1)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 1.

DIKJARAZZONIJIET KONĠUNTI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI:

DIKJARAZZONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-ĠESTJONI TAL-KOPERAZZJONI OPERATTIVA FUQ IL-FRUNTIERI ESTERNI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Partijiet Kontraenti jikkunsidraw li se jiġu konklużi aktar arranġamenti għall-assoċjazzjoni tal-Isvizzera u l-Liechtenstein mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fuq l-eżempju tal-arranġamenti miftiehma man-Norveġja u l-Islanda.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 23(7) TAL-KONVENZJONI TAD-29 TA’ MEJJU 2000 DWAR L-ASSISTENZA REĊIPROKA FI KWISTJONIJIET KRIMINALI BEJN L-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-Liechtenstein tista’, kondizzjonalment fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1)(c) tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, fiċ-ċirkostanzi ta’ każ partikolari, tesiġi li, sakemm l-Istat Membru konċernat ma jkunx ottjena l-kunsens tas-suġġett tad-data, id-data personali ma tintużax għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 23(1)(a) u (b) mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Liechtenstein fil-proċeduri li fihom il-Liechtenstein tkun setgħet tirrifjuta jew tirrestrinġi t-trasmissjoni jew l-użu ta’ data personali taħt il-Konvenzjoni jew l-istrumenti msemmija fl-Artkolu 1 tagħha.

Jekk, f’każ partikolari, il-Liechtenstein tirrifjuta li tagħti l-kunsens tagħha għal talba minn Stat Membru skont id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha bil-kitba.

DIKJARAZZJONIJIET OĦRA:

DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-LIECHTENSTEIN DWAR IR-RELAZZJONIJIET ESTERNI

Il-Komunità Ewropea u l-Liechtenstein jaqblu li l-Komunità Ewropea timpenja ruħha sabiex tinkoraġġixxi lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom tagħmel ftehim f’oqsma marbuta mal-koperazzjoni ta’ Schengen, inkluża l-politika dwar il-viżi, sabiex jikkonkludu ftehim simili mal-Prinċipat tal-Liechtenstein, bla ħsara għall-kompetenza ta’ din tal-aħħar li tikkonkludi ftehim bħal dawn.

DIKJARAZZJONI MIL-LIECHTENSTEIN DWAR L-ASSISTENZA REĊIPROKA FI KWISTJONIJIET KRIMINALI

Il-Liechtenstein tiddikjara li reati tat-tassazzjoni li jkunu qegħdin jiġu investigati mill-awtoritajiet tal-Liechtenstein ma jistgħux iwasslu għal appell quddiem qorti kompetenti inter alia li tisma’ kwistjonijiet kriminali.

DIKJARAZZJONI MIL-LIECHTENSTEIN DWAR L-ARTIKOLU 5 (2)(B)

(Il-limitu ta’ żmien sabiex jiġu aċċettati żviluppi ġodda fl-acquis ta’ Schengen)

Il-perjodu massimu ta’ tmintax-il xahar stabbilit mill-Artikolu 5(2)(b) jkopri kemm l-approvazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tal-att jew tal-miżura. Huwa jinkludi dawn l-istadji li ġejjin:

l-istadju ta’ tħejjija

il-proċedura parlamentari

il-limitu ta’ żmien ta’ tletin jum għal referendum

fejn ikun applikabbli, ir-referendum (organizzazzjoni u votazzjoni)

l-approvazzjoni tal-prinċep renjanti.

Il-Gvern tal-Liechtenstein għandu jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien meta jitlesta kull wieħed minn dawn l-istadji.

Il-Gvern tal-Liechtenstein jimpenja ruħu li juża kull mezz possibli sabiex jiżgura li l-istadji hawn fuq imsemmija jitlestew malajr kemm jista’ jkun.

DIKJARAZZJONI MIL-LIECHTENSTEIN DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-KONVENZJONI EWROPEA DWAR ASSISTENZA REĊIPROKA FI KWISTJONIJIET KRIMINALI U L-KONVENZJONI EWROPEA DWAR L-ESTRADIZZJONI

Il-Liechtenstein timpenja ruħha li ma tinvokax ir-riżervi u d-dikjarazzjonijiet magħmula meta rratifika il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni fit-13 ta’ Diċembru 1957 u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali fl-20 ta’ April 1959 safejn dawn huma kompatibbli ma’ dan il-Ftehim.

DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR IL-FOND TAL-FRUNTIERI ESTERNI GĦALL-PERJODU 2007-2013

Il-Komunità Ewropea bħalissa qiegħda tistabbilixxi Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013, li għalihom għandhom jiġu konklużi aktar arranġamenti ma’ pajjiżi terzi assoċjati mal-acquis ta’ Schengen.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IT-TRASMISSJONI TAL-PROPOSTI

Meta tkun qiegħda tressaq proposti li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-Ftehim lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tressaq kopji ta’ dawn il-proposti lil-Liechtenstein.

Parteċipazzjoni f’Kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha:

Fl-1 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-għan li jiġi konkluż ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar max-xogħol tal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

Sa meta jiġi konkluż Ftehim bħal dan, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha tapplika għal-Liechtenstein. Minkejja dan, għall-finijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Liechtenstein huma stipulati mill-Artikolu 100 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

DIKJARAZZJONI KOMUNI DWAR LAQGĦAT KONĠUNTI

Id-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw il-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropa,

Id-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Id-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja,

Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera,

Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-gvern tal-Prinċipat tal-Liechtenstein,

Jinnutaw li il-Liechtenstein qed taderixxi mal-Kumitat Imħallat stabbilit mill-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen permezz ta’ protokoll ma’ dan il-Ftehim.

Iddeċidew li jorganizzaw konġuntement il-laqgħat tal-Kumitati Mħallta, stabbiliti mill-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Islanda u n-Norveġja mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, minn naħa waħda, u l-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen kif ikkomplementat mill-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, indipendentement mil-livell tal-laqgħa.

Jinnutaw li ż-żamma ta’ dawn il-laqgħat b’mod konġunt jitlob arranġament pragmatiku fir-rigward tal-uffiċċju tal-presidenza għal dawn il-laqgħat meta dik il-presidenza jkollha timtela mill-Istati assoċjati skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen kif ikkomplementat mill-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein jew mal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

Jinnutaw ix-xewqa tal-Istati assoċjati li jċedu, kif inhu meħtieġ, l-eżerċizzju tal-presidenzi tagħhom u jirrotawh bejniethom fl-ordni alfabetika skont l-isem mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein.


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


Top

18.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/19


PROTOKOLL

bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

L-UNJONI EWROPEA

kif ukoll

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

kif ukoll

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA

kif ukoll

IL-PRINĊIPALITÀ TAL-LIECHTENSTEIN,

minn hawn ’il quddiem “il-Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim iffirmat fis-26 ta’ Ottubru 2004 bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (1) (“il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”),

WARA LI FTAKRU li l-Artikolu 16 tiegħu jipprovdi għall-possibbiltà li l-Prinċipat tal-Liechtenstein taderixxi mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni permezz ta’ Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW il-qagħda ġeografika tal-Prinċipat tal-Liechtenstein,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-rabtiet mill-qrib bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Svizzera espressi permezz ta’ żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Svizzera,

WARA LI KKUNSIDRAW ix-xewqa tal-Prinċipat tal-Liechtenstein li żżomm u tistabbilixxi żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri mal-pajjiżi kollha ta’ Schengen u għalhekk li jkun assoċjat mal-acquis ta’ Schengen,

BILLI l-Ftehim konkluż fit-18 ta’ Mejju 1999 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja (2) assoċja lil dawn iż-żewġ Stati tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen,

BILLI huwa mixtieq li l-Prinċipat tal-Liechtenstein tkun assoċjata fuq livell ugwali għal dak tal-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen,

BILLI huwa kunsiljabbli li jiġi konkluż protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jipprovdi li l-Prinċipat tal-Liechtenstein ikollha drittijiet u obbligi simili għal dawk miftiehma bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Islanda u n-Norveġja, kif ukoll l-Isvizzera, min-naħa l-oħra,

BILLI d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-atti adottati fuq il-bażi ta’ dak it-Titolu ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u billi d-deċiżjonijiet maħsuba li jiżviluppaw l-acquis ta’ Schengen fl-applikazzjoni ta’ dak it-Titolu li d-Danimarka ttrasponiet fil-liġi domestika jistgħu biss joħolqu obbligi ta’ liġi internazzjonali bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra,

BILLI l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jipparteċipaw f’ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda skont il-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (3),

BILLI huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati li magħhom l-Unjoni Ewropea stabbiliet assoċjazzjoni għall-iskop tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen japplikaw ukoll dan l-acquis fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom,

BILLI l-funzjonament bla xkiel tal-acquis ta’ Schengen jitlob li dan il-Protkoll jiġi applikat simultanjament mal-ftehim bejn il-partijiet varji assoċjati mal-acquis ta’ Schengen, jew li qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tiegħu, li jirregolaw ir-relazzjonijiet reċiproċi ta’ bejniethom,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll tal-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi determinat l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (4),

FILWAQT LI JAPPREZZAW ir-rabta bejn l-acquis ta’ Schengen u l-acquis Komunitarju dwar it-twaqqif ta’ kriterji u mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula f’wieħed mill-Istati Membri u dwar it-twaqqif tas-sistema “Eurodac”,

BILLI din ir-rabta teħtieġ li l-acquis ta’ Schengen jiġi applikat simultanjament mal-acquis Komunitarju dwar it-twaqqif ta’ kriterji u mekkaniżmi sabiex jiġi determinat l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula f’wieħed mill-Istati Membri u dwar it-twaqqif tas-sistema “Eurodac”,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Konformement mal-Artikolu 16 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (“il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), il-Prinċipat tal-Liechtenstein (minn hawn ’il quddiem “il-Liechtenstein”) taderixxi mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll.

Din l-adeżjoni toħloq drittijiet u obbligi reċiproki bejn il-Partijiet Kontraenti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fiha.

Artikolu 2

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif elenkati fl-Anness A u l-Anness B tal-Ftehim ta’ Assoċjazzoni kif japplikaw għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu implimentati u applikati mil-Liechtenstein taħt il-kondizzjonijiet previsti f’dawk l-Annessi.

2.   Minbarra dan, id-dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea elenkati fl-Anness għal dan il-Protokoll li ħadu post jew żviluppaw dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen għandhom jiġu implimentati u applikati mil-Liechtenstein.

3.   L-atti u l-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea li jemendaw jew jiżviluppaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li għalihom ġew applikati l-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, flimkien ma’ dan il-Protokoll, għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, ikunu aċċettati, implimentati u applikati mil-Liechtenstein.

Artikolu 3

Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3(1) sa (4), fl-Artikoli 4 sa 6, fl-Artikoli 8 sa 10, fl-Artikolu 11(2), (3) u (4), u fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom japplikaw għal-Liechtenstein.

Artikolu 4

Il-kariga ta’ President tal-Kumitat Imħallat kif stabbilit mill-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha, fil-livell ta’ esperti, tinżamm mir-rappreżentat tal-Unjoni Ewropea. Fil-livell ta’ uffiċjali għolja u Ministri hija għandha tinżamm b’alternanza, għal perjodi ta’ sitt xhur, minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Liechtenstein jew tal-Isvizzera, rispettivament.

Artikolu 5

1.   L-adozzjoni ta’ atti jew ta’ miżuri ġodda li huma relatati mal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu riżervati għall-istituzzjonijiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea. Suġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tali atti jew miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ b’mod simultanju għall-Unjoni Ewropea, għall-Komunità Ewropea u għall-Istati Membri rispettivi tagħhom konċernati u għal-Liechtenstein, sakemm dawk l-atti jew miżuri ma jkunux jipprovdu espliċitament mod ieħor. F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkunsidrat kif inhu xieraq il-perjodu ta’ żmien indikat mil-Liechtenstein fil-Kumitat Imħallat bħala meħtieġ sabiex ikun possibbli għaliha li twettaq l-obbligi kostituzzjonali tagħha.

2.

(a)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (“il-Kunsill”) għandu jinnotifika lil-Liechtenstein immedjatament dwar l-adozzjoni tal-atti jew il-miżuri imsemmija fil-paragrafu 1 li għalihom ġew applikati l-proċeduri stabbiliti f’dan il-Protokoll. Il-Liechtenstein għandha tiddeċiedi jekk taċċettax jew le l-kontenut tagħhom u jekk tkunx se timplimentahom fil-qafas legali intern tagħha. Dik id-deċiżjoni ser tkun notifikata lill-Kunsill u lill-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej (“il-Kummissjoni”), fi żmien tletin jum mill-adozzjoni tal-atti jew il-miżuri konċernati.

(b)

Jekk il-kontenut ta’ tali att jew miżura jkun jista’ jsir jorbot lil-Liechtenstein biss wara t-twettiq tal-obbligi kostituzzjonali, il-Liechtenstein għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’dan fil-waqt tan-notifika. Il-Liechtenstein għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-kitba meta tkun wettqet il-ħtiġijiet kostituzzjonali kollha. Meta referendum ma jkunx meħtieġ, in-notifika għandha ssir tletin jum wara l-iskadenza tar-referendum. Meta jkun meħtieġ referendum, il-Liechtenstein għandha jkollha tmintax-il xahar mid-data tan-notifika mill-Kunsill sabiex tagħmel in-notifika tagħha. Mid-data stipulata għad-dħul fis-seħħ tal-att jew miżura għal-Liechtenstein u sakemm tagħti n-notifika li l-obbligi kostituzzjonali jkunu twettqu, il-Liechtenstein għandha, fejn ikun possibli, timplimenta l-att jew il-miżura konċernata fuq bażi provviżorja.

Jekk il-Liechtenstein ma tkunx tista’ timplimenta l-att jew il-miżura konċernata fuq bażi provviżorja, u jekk dan jikkawża problemi li jfixklu l-operazzjoni tal-koperazzjoni ta’ Schengen, is-sitwazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-Kumitat Imħallat. L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea jistgħu jieħdu miżuri proporzjonati u xierqa kontra l-Liechtenstein sabiex jiżguraw li l-koperazzjoni ta’ Schengen topera bla xkiel.

3.   L-aċċettazzjoni tal-Liechtenstein tal-atti u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 toħloq drittijiet u obbligi bejn il-Liechtenstein, minn naħa l-waħda, u l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, safejn dawn huma marbutin minn dawk l-atti u l-miżuri, u l-Isvizzera, min-naħa l-oħra.

4.   Fejn:

(a)

il-Liechtenstein tinnotifika bid-deċiżjoni tagħha li ma taċċettax il-kontenut ta’ att jew miżura msemmija fil-paragrafu 2 u li għalih/a, il-proċeduri stabbiliti f’dan il-Protokoll ġew applikati; jew

(b)

il-Liechtenstein ma tagħmilx in-notifika tagħha fl-iskadenza ta’ tletin jum kif stipulat fil-paragrafu 2(a) jew 5(a); jew

(c)

il-Liechtenstein ma tagħmilx in-notifika tagħha mhux aktar tard minn tletin jum wara l-egħluq tal-iskadenza tar-referendum, jew, fil-każ ta’ referendum, fl-iskadenza ta’ tmintax-il xahar stabbilita fil-paragrafu 2(b), jew ma tipprovdix għall-implimentazzjoni provviżorja kif maħsuba fl-istess paragrafu mid-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ tal-att jew il-miżura konċernata.

Dan il-Protokoll għandu jitqies bħala terminat sakemm il-Kumitat Imħallat, wara li jkun eżamina bir-reqqa mezzi sabiex jitkompla l-Protokoll, ma jiddeċidix mod ieħor fi żmien disgħin jum. It-terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li jiskadi l-perjodu ta’ disgħin jum.

5.

(a)

Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ att jew miżura ġdida jkollhom l-effett li ma jħallux aktar lil Stat Membru milli jagħmel il-konformità, mat-talbiet għall-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali jew mar-rikonoxximent ta’ ordnijiet minn Stati Membri oħra sabiex jiġu mfittxija postijiet u/jew sabiex jiġu konfiskati oġġetti ta’ prova, suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (5), il-Liechtenstein tista’ tinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fi żmien tletin jum, kif hemm imniżżel fil-paragrafu 2, punt (a) li ma tkunx ser taċċetta jew timplimenta dawk id-dispożizzjonijiet fil-qafas legali intern fejn japplikaw għal talbiet ta’ tiftix u konfiska jew ordnijiet magħmula għall-fini ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati fil-qasam ta’ tassazzjoni diretta li, jekk isiru fil-Liechtenstein, ma jkunux punibbli taħt il-liġi tal-Liechtenstein b’piena karċerarja. F’dak il-każ, dan il-Protokoll ma jkunx ikkunsidrat bħala mitmum, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.

(b)

Il-Kumitat Imħallat għandu jiltaqa’ fi żmien xahrejn wara t-talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu, u filwaqt li jikkunsidra żviluppi internazzjonali, għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni li tirriżulta minn notifika skont punt (a).

Ladarba l-Kumitat Imħallat ikun laħaq Ftehim unanimu dwar l-aċċettazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa mill-Isvizzera tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-att jew il-miżura l-ġdida, paragrafi 2, punt (b), 3 u 4 ikunu japplikaw. L-informazzjoni li għaliha hemm referenza fl-ewwel sentenza ta’ paragrafu 2, punt (b) għandha tiġi provduta fi żmien tletin jum minn meta jintlaħaq il-Ftehim fil-Kumitat Imħallat.

Artikolu 6

Fit-twettiq tal-obbligu tiegħu fir-rigward tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen u tas-Sistema tal-Informazzjoni tal-Viżi, il-Liechtenstein tista’ tuża l-infrastruttura teknika tal-Isvizzera għall-aċċess tiegħu għal dawn is-sistemi.

Artikolu 7

Fir-rigward tal-infiq amministrattiv marbut mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Liechtenstein għandha tagħti kontribut annwali lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea ta’ 0,071 % ta’ ammont ta’ EUR 8 100 000, suġġett għal aġġustament annwali li jirrifletti l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1.   Dan il-Protokoll m’għandux jolqot il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew kull Ftehim ieħor konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Liechtenstein.

2.   Dan il-Protokoll m’għandux jolqot il-Ftehim li jorbtu lil-Liechtenstein, minn naħa waħda, u wieħed jew aktar mill-Istati Membri, min-naħa l-oħra, sa kemm dawn ikunu kompatibbli ma’ dan il-Protokoll. Jekk Ftehim bhal dawn ikunu inkompatibbli ma’ dan il-Protokoll, dan tal-aħħar għandu jieħu l-preċedenza.

3.   Dan il-Ftehim m’għandu jolqot bl-ebda mod l-ebda Ftehim futur li jsir mal-Liechtenstein mill-Komunità Ewropea, jew bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, jew ftehim li jkunu saru abbażi tal-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

4.   Dan il-Protokoll m’għandux jolqot il-ftehim bejn il-Liechtenstein u l-Isvizzera safejn dawn ikunu kompatibbli ma’ dan il-Protokoll. Jekk tali ftehim ikunu inkompatibbli ma’ dan il-Protokoll, dan tal-aħħar għandu jieħu l-preċedenza.

Artikolu 9

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ xahar wara l-jum li fih is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, fil-kapaċità tiegħu ta’ depożitarju, ikun stabbilixxa li l-obbligi formali kollha jkunu ġew sodisfatti fir-rigward tal-għoti tal-kunsens minn, jew f’isem, il-Partijiet li jkunu ser jintrabtu minn dan il-Protokoll.

2.   L-Artikoli 1 u 4 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2) (a), ta’ dan il-Protokoll u d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) sa (4), fl-Artikoli 4 sa 6 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom japplika b’mod provviżorju għal-Liechtenstein mid-data meta jiġi ffirmat dan il-Protokoll.

3.   Fir-rigward tal-atti jew miżuri li jiġu adottati wara li jiġi ffirmat dan il-Protokoll, iżda qabel ma jidħol fis-seħħ, il-perjodu ta’ tletin jum li jissemma’ fl-Artikolu 5(2)(a), l-aħħar sentenza għandu jibda jiskorri mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 10

1.   Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jidħlu fis-seħħ mil-Liechtenstein f’data li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw il-gvernijiet ta’ dawk l-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Imħallat u wara li jkun issodisfa ruħu li l-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti jkunu twettqu mil-Liechtenstein.

Il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw il-gvernijiet tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rispettivament għandhom ikunu involuti fit-teħid ta’ din id-deċiżjoni sa fejn tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen u l-atti msejsa fuqu jew relatati miegħu li fihom jipparteċipaw dawk l-Istati Membri.

Il-Membri tal-Kunsill li jirrapreżentaw il-gvernijiet tal-Istati Membri li għalihom, skont it-Trattat ta’ Adeżjoni, japplikaw biss xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-Annessi A u B għandhom ikunu involuti fit-teħid ta’ din id-deċiżjoni safejn din tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li diġà japplikaw għall-Istati Membri rispettivi tagħhom.

2.   L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1 għandha toħloq drittijiet u obbligi bejn l-Isvizzera u l-Liechtenstein, minn naħa waħda, u bejn il-Liechtenstein, u l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, skont il-każ, safejn dawn huma marbutin minn dawn id-dispożizzjonijiet, min-naħa l-oħra.

3.   Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat biss jekk il-Ftehim, li jridu jiġu konklużi mil-Liechtenstein u msemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, jiġu implimentati.

4.   Minbarra dan, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat biss jekk il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit liema jkun l-Istat responsabbli li jeżamina talba għall-asil imressqa fi Stat Membru jew fl-Isvizzera ikun implimentat ukoll.

Artikolu 11

1.   Dan il-Protokoll jista’ jiġi mitmum mil-Liechtenstein jew mill-Isvizzera jew b’deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu. Id-depożitarju għandu jiġi mgħarraf dwar it-tmiem, li għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara n-notifika.

2.   Fil-każ tad-denunzja, mill-Isvizzera, ta’ dan il-Protokoll jew tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jew fil-każ tat-terminazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tal-Isvizzera, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u dan il-Protokoll għandhom jibqgħu fis-seħħ fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Liechtenstein, min-naħa l-oħra. F’dan il-każ, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lil-Liechtenstein, dwar il-miżuri meħtieġa. Madankollu, dawk il-miżuri għandhom ikunu jorbtu lil-Liechtenstein biss jekk ikunu aċċettati mil-Liechtenstein.

3.   Dan il-Protokoll għandu jitqies bħala terminat jekk il-Liechtenstein ittemm wieħed mill-ftehim imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li ġew konklużi mil-Liechtenstein jew ittemm il-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 10(4).

Artikolu 12

Dan il-Protokoll huwa mfassal fi tlitt eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż b’kull test ugwalment awtentiku.

B’XHIEDA TA’ DAN iffirmaw il-Plenipotenzjarji sottoskritti.

Съставено в Брюксел на двадесет и осми февруари две хиляди и осма година.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de febrero de dos mil ocho.

V Bruselu dne dvacátého osmého února dva tisíce osm.

Udfærdiget i Bruxelles den otteogtyvende februar to tusind og otte.

Geschehen zu Brüssel am achtundzwanzigsten Februar zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta veebruarikuu kahekümne kaheksandal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι οκτώ Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Brussels on the twenty-eighth day of February in the year two thousand and eight.

Fait à Bruxelles, le vingt-huit février deux mille huit.

Fatto a Bruxelles, addì ventotto febbraio duemilaotto.

Briselē, divtūkstoš astotā gada divdesmit astotajā februārī.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų vasario dvidešimt aštuntą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év február huszonnyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmienja u għoxrin jum ta’ Frar tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Brussel, de achtentwintigste februari tweeduizend acht.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego ósmego lutego roku dwa tysiące ósmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Fevereiro de dois mil e oito.

Încheiat la Bruxelles, la douăzeci și opt februarie în anul două mii opt.

V Bruseli dňa dvadsiateho ôsmeho februára dvetisícosem.

V Bruslju, dne osemindvajsetega februarja leta dva tisoč osem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde februari tjugohundraåtta.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā

Europos Sajungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

På Europeiska unionens vägnar

Image

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération Suisse

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarskou konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image

За Княжество Лихтенщайн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Liechtensteinu

Pelo Principado do Liechtenstein

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensleinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image


(1)  ĠU L 53, 27.2.2008, p.52.

(2)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20 u ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43, rispettivament.

(4)  ĠU: Ara l-paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19).


ANNESS

Anness mal-Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

Dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), li l-Liechtenstein għandha tapplika mid-data stipulata mill-Kunsill skont l-Artikolu 10.

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2007/2004/KE tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi tas-sigurtà u l-elementi bijometriċi fil-passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28.2.2005 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi tas-sigurtà u l-elementi bijometriċi fil-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (C(2005) 409 finali) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u bijometriċi f’passaporti u f’dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (C(2006) 2909 finali);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/211/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda għas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/719/ĠAI tat-12 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 54);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/727/ĠAI tat-12 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 273, 19.10.2005, p. 25);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/228/ĠAI tad-9 ta’ Marzu 2006 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 81, 18.3.2006, p. 45);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/229/ĠAI tad-9 ta’ Marzu 2006 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 81, 18.3.2006, p. 46);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/631/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 256, 20.9.2006, p. 18);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi Netwerk tal-Informazzjoni u l-Koordinazzjoni sikur ibbażat fuq l-Internet għas-Servizzi tal-Istati Membri għall-Ġestjoni tal-Immigrazzjoni (ĠU L 83, 1.4.2005, p. 48);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2005 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE li tistabbilixxi Network sigur ibbażat fuq il-web dwar l-Informazzjoni u l-Kordinazzjoni għas-Servizzi ta’ Amministrazzjoni tal-Migrazzjoni ta’ l-Istati Membri (C (2005) 5159 finali);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dan l-obbligu skont il-mekkaniżmu ta’ reċiproċità (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/451/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 158, 21.6.2005, p. 26);

Ir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni, fir-rigward tal-aċċess għas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għal vetturi (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18);

Rakkomandazzjoni 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 għall-iffaċilitar tal-ħruġ mill-Istati Membri ta’ viżi uniformi għal perjodu qasir għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità bil-għan li jwettqu riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 23);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/687/KE tad-29 ta’ Settembru 2005 dwar il-format għar-rendikont dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta' l-uffiċjali tal-kollegamenti ta' l-immigrazzjoni u dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali (innotifikata fid-dokument bin-numru (ĠU L 264, 8.10.2005, p. 8);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/728/ĠAI tat-12 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 273, 19.10.2005, p. 26);

Ir-Regolament (KE) Nru 2046/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri maħsuba għall-iffaċilitar tal-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi għall-membri tal-familja Olimpika li jkunu qed jieħdu sehem fil-logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku tal-2006 f’Turin (ĠU L 334, 20.12.2005, p. 1);

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni li jaqsmu l-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/440/KE tal-1 ta’ Ġunju 2006 li temenda l-Anness 12 tal-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni u l-Anness 14a tal-Manwal Komuni dwar il-ħlasijiet li jinżammu u li jikkorrispondu mal-ispejjeż amministrattivi tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 77);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2006/628/KE) tal-24 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda għas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 256, 20.9.2006, p. 15);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2006/648/KE) tat-22 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi bijometriċi relatati mal-iżvilupp tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viżi (ĠU L 267, 27.9.2006);

Korriġendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/ĠAI tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 85);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2006/757/KE) tat-22 ta’ Settembru 2006 dwar l-emendament tal-Manwal Sirene (ĠU L 317 tas-16.11.2006, p. 1);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2006/758/KE) tat-22 ta’ Settembru 2006 dwar l-emendament tal-Manwal Sirene (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2006/684/KE) tal-5 ta’ Ottubru 2006 li temenda l-Anness 2, Skeda A, għall-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni dwar l-obbligi tal-viża għal dawk li jkollhom passaporti diplomatiċi u tas-servizz tal-Indonesja (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 29);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2006/752/KE) tat-3 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi s-siti għas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viżi matul il-fażi ta’ żvilupp (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 13);

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi “Manwal Prattiku għall-Gwardjani tal-Fruntieri (Il-Manwal ta’ Schengen)” komuni għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jwettqu kontroll ta’ persuni fil-fruntieri (C(2006) 5186 finali);

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89 u Corrigendum fil-ĠU L 75, 15.3.2007, p. 26);

Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1);

Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4);

Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (ĠU L 405 tat-30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 29, 3.2.2007, p. 3);

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23. Verżjoni korretta fil-ĠU L 29, 3.2.2007, p. 10);

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1988/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 27, 2.2.2007, p. 3);

Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) 2006/1007/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2001/886/ĠAI dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 78. Verżjoni korretta fil-ĠU L 27 tat-2.2.2007, p. 43);

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Marzu 2007 li tistipula r-rekwiżiti tan-netwerk għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (l-1 pilastru) (ĠU L 79, 20.3.2007, p. 20; ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 349–357 (MT));

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Marzu 2007 li tistipula r-rekwiżiti tan-netwerk għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (it-3 pilastru) (ĠU L 79, 20.3.2007, p. 29; ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 358–366 (MT));

Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni (ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22);

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat- 12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63);

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/472/KE tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż tal-installazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS) (ĠU L 179, 7.7.2007, p. 50);

Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta’ uffiċjali mistiedna (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30);

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/519/KE tas-16 ta’ Lulju 2007 li temenda l-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 26);

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Awwissu 2007 li timplimenta d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi mill-2007 sal-2013 (ĠU L 233, 5.9.2007, p. 3);

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Parti 1 tan-network ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 92).

Top