EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0248

2011/248/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ April 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

ĠU L 104, 20.4.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/248/oj

Related international agreement

20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ April 2011

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

(2011/248/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi negozjati sabiex tinkiseb aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess billi ġie inizjalat il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1). It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ April 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top