This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0221
Council Decision 2011/221/CFSP of 6 April 2011 amending Decision 2010/656/CFSP renewing the restrictive measures against Côte d’Ivoire
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK tas- 6 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK tas- 6 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
ĠU L 93, 7.4.2011, p. 20–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010D0656 | Emenda | anness II | 06/04/2011 | |
Modifies | 32010D0656 | Żieda | artikolu 5 BI | 06/04/2011 | |
Modifies | 32010D0656 | Żieda | artikolu 10.4 | 06/04/2011 | |
Modifies | 32010D0656 | Żieda | artikolu 5.3 TR | 06/04/2011 | |
Modifies | 32010D0656 | Emenda | anness I | 06/04/2011 | |
Modifies | 32010D0656 | Żieda | artikolu 5.3 BI | 06/04/2011 | |
Modifies | 32010D0656 | Żieda | artikolu 9 BI | 06/04/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016D0917 | 11/06/2016 |
7.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/221/PESK
tas-6 ta’ April 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire. (1) |
(2) |
Fit-30 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1975 (“UNSCR 1975 (2011)”) li timponi sanzjonijiet immirati kontra individwi addizzjonali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) u Riżoluzzjonijiet sussegwenti, inklużi dawk l-individwi li jostakolaw il-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-Côte d’Ivoire, jostakolaw il-ħidma tal-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet uniti fil-Côte d’Ivoire (UNOCI) u atturi internazzjonali oħra fil-Côte d’Ivoire u jwettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali. |
(4) |
Barra minn hekk, il-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżlin fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata. |
(5) |
Kif ukoll, hu meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 5, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin: “3a. Rigward il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II, l-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal skopijiet umanitarji wara notifika bil-quddiem lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. 3b. Il-paragrafu 1(b) ma għandux jimpedixxi lil persuna jew entità indikata milli twettaq ħlas dovut taħt kuntratt magħmul qabel l-elenkar ta’ tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jasalx, direttament jew indirettament, għand persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1(b).”. |
2. |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5a Għandu jkun ipprojbit:
Ix-xiri, senserija u assistenza fil-ħruġ ta’ bonds u titoli ta’ sigurtà u l-għoti ta’ self imsemmija fil-punti (a) u (b) ma għandhom jagħtu lok għal ebda responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati jekk ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru dawn il-projbizzjonijiet.”. |
3. |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri mniżżlin f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f’din id-Deċiżjoni.”. |
4. |
Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(2), safejn jikkonċernaw il-portijiet elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu riveduti mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2011.”. |
Artikolu 2
1. Il-persuni elenkati fil-parti A tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista mniżżla fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK u għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
2. Il-persuna elenkata fil-parti B tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiżdied mal-lista mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
3. Il-persuni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.
ANNESS I
PARTI A
1. Laurent GBAGBO
Data tat-twelid: 31 ta’ Mejju 1945
Post tat-twelid: Gagnoa, Côte d’Ivoire
Ex President tal-Côte d’Ivoire: ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)
2. Simone GBAGBO
Data tat-twelid: 20 ta’ Ġunju 1949
Post tat-twelid: Moossou, Grand-Bassam, Côte d’Ivoire
President tal-Grupp Parlamentari tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)
3. Désiré TAGRO
Numru tal-passaport: PD – AE 065FH08
Data tat-twelid: 27 ta’ Jannar 1959
Post tat-twelid: Issia, Côte d’Ivoire
Segretarju Ġenerali fl-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f’repressjonijiet vjolenti ta’ movimenti popolari.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)
4. Pascal AFFI N’GUESSAN
Numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013.
Data tat-twelid: 1 ta’ Jannar 1953
Post tat-twelid: Bouadriko, Côte d’Ivoire
President tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)
PARTI B
1. Alcide DJÉDJÉ
Data tat-twelid: 20 ta’ Ottubru 1956
Post tat-twelid: Abidjan, Côte d’Ivoire
Konsulent qrib tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011
ANNESS II
Persuni previsti fl-Artikolu 2(3)
A. Persuni
|
Isem (u psewdonomu possibbli) |
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
1. |
Diali Zie |
|
Direttur tal-aġenzija prinċipali tal-BCEAO Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
2. |
Togba Norbert |
|
Spettur Ġenerali tat-Teżor Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
3. |
Kone Doféré |
|
Kollettur ġenerali tat-Taxxi Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
4. |
Hanny Tchélé Brigitte, mart Etibouo |
|
Instigatriċi ta' film dokumentarju Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
5. |
Jacques Zady |
|
Direttur tar-Radjodiffużjoni Televiżjoni Ivorjani (RT). Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
6. |
Ali Keita |
|
Editur tal-ġurnal ta' kuljum Le Temps Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
7. |
Kla Koué Sylvanus |
|
Direttur Ġenerali tal-Aġenzija tat-Telekomunikazzjoni tal-Côte d’Ivoire), u President tal-Kunsill Ġenerali ta' San-Pedro. Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
8. |
Mamadou Ben Soumahoro |
|
Membru tal-Assemblea Nazzjonali. Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
9. |
Sokouri Bohui |
|
Membru tal-Assemblea Nazzjonali, Amministratur tal-ġurnal ta' kuljum Notre Voie Segretarju Ġenerali tal-FPI responsabbli mill-elezzjonijiet. Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
10. |
Blon Siki Blaise |
|
Allegatament hu ta' Awtorità Għolja għall-Iżvilupp fil-Punent Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
11. |
Pasteur Kore Moïse |
|
Kunsillier Spiritwali tas-Sur Laurent Gbagbo Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
12. |
Moustapha Aziz |
|
Kunsillier fir-Rappreentanza għall-Côte d’Ivoire fil-UNESCO Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
13. |
Gnamien Yao |
|
Ex-Ministru Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza. |
14. |
Zakaria Fellah |
|
Kunsillier Speċjali tas-Sur Laurent Gbagbo Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
15. |
Ghislain N’Gbechi |
|
Uffiċjal fil-Missjoni Permanenti tal-Côte d’Ivoire f'New York Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
16. |
Charles Kader Gore |
|
Negozjant Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
17. |
Maitre Sanogo Yaya |
|
Avukat fil-Kamra tal-Avukati tal-Côte d’Ivoire Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
18. |
Kadio Morokro Mathieu |
|
President tal-PETROIVOIRE Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
19. |
Marcellin Zahui |
|
Direttur Ġenerali tas-CNCE (Kaxxa Nazzjonali ta' Kreditu u ta' Tfaddil) u Amministratur tal-bank BICICI (Bank Interazzjonali għall-Kummerċ u l-Industrija tal- Côte d'Ivoire) nazzjonalizzati illegalment Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
20. |
Jean-Claude N'Da Ametchi |
|
Direttur Ġenerali tal-Bank Versus, Amministratur tal-bank SGBCI (Kumpannija Ġenerali tal-Banek fil-Côte d'Ivoire) nazzjonalizzata illegalment Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
21. |
Anatole Kossa |
|
Viċi-President tas-CGFCC (Kumitat ta' ġestjoni tal-katina tal-kafé u l-kawkaw) Kunsillier tal-president preċedenti Gbagbo fil-qasam tal-agrikoltura mill-1 ta' Jannar 2010. Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
22. |
Alexandre Kouadio |
|
Amministratur proviżorju tal-ARCC (Awtorità ta' regolazzjoni tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
23. |
Célestin N'Guessan |
|
Amministratur proviżorju tal-FDPCC (Fondi ta' żvilupp u ta' promozzjoni tal-attivitajiet tal-produtturi tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
24. |
Claudine Lea Yapobi née Yehiry |
|
Amministratur proviżorju tal-FRC (Fondi ta' regolazzjoni u ta' kontroll) u tal-BCC (Borża tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
25. |
Deby Dally Balawourou |
|
Ġurnalista, President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Istampa Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza |
26. |
Wenceslas Appiah |
|
Direttur Ġenerali tal-BFA, Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo |
27. |
Hubert Houlaye |
|
President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Bank Nazzjonali tal-Investimenti Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |