Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0195

    2011/195/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal- 25 ta’ Marzu 2011 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU L 82, 30.3.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/06/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/195/oj

    30.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 82/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

    tal-25 ta’ Marzu 2011

    li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (2011/195/UE)

    IL-KUNSILL EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Peter PRAET huwa b’dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew b’mandat ta’ tmien snin, mill-1 ta’ Ġunju 2011.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kunsill Ewropew

    Il-President

    H. VAN ROMPUY


    (1)  ĠU C 56, 22.2.2011, p. 1.

    (2)  Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Marzu 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  ĠU C 74, 8.3.2011, p. 1.


    Top