This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0191
2011/191/EU: Council Decision of 21 March 2011 appointing ten Greek members and nine Greek alternate members of the Committee of the Regions
2011/191/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Marzu 2011 li taħtar għaxar membri Griegi u disa’ membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni
2011/191/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Marzu 2011 li taħtar għaxar membri Griegi u disa’ membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 81, 29.3.2011, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015
29.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Marzu 2011
li taħtar għaxar membri Griegi u disa’ membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2011/191/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Grieg,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU (1) u 2010/29/EU (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Panagiotis PSOMIADIS, is-Sur Yannis SGOUROS, is-Sur Konstantinos TZATZANIS, is-Sur Konstantinos TATSIS, is-Sur Andreas FOURAS, is-Sur Dimitris KALOGEROPOULOS, is-Sinjura Evangelina SCHOINARAKI-ILIAKI, is-Sur Dimitrios TSIGKOUNIS, is-Sur Georgios PAPASTERGIOU u s-Sur Grigorios ZAFEIROPOULOS, saru vakanti għaxar siġġijiet ta’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-ħatra tas-Sur Panagiotis OIKONOMIDIS, is-Sur Ioannis MACHAIRIDIS, is-Sur Dimitrios DRAKOS, is-Sur Polydoros LAMPRINOUDIS, is-Sur Miltiadis KLAPAS, is-Sur Spyros SPYRIDON, is-Sur Lukas KATSAROS u s-Sur Konstantinos KONTOYORGOS, saru vakanti tmien siġġijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Georgios KOTRONIAS bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.