Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0172

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal- 21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2021; Imħassar b' 32021D0449

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/172/oj

    22.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 76/63

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/172/PESK

    tal-21 ta' Marzu 2011

    dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Frar 2011, l-Unjoni Ewropea ddikjarat li hija lesta tappoġġa t-transizzjoni paċifika u ordinata għal gvern ċivili u demokratiku fl-Eġittu bbażat fuq l-istat tad-dritt, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u tappoġġa sforzi sabiex tinħoloq ekonomija li ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tippromwovi t-tkabbir ekonomiku.

    (2)

    F'dan il-kuntest, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għal misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Eġizzjan u li b'hekk qed iċaħħdu lill-poplu Eġizzjan mill-benefiċċji ta’ żvilupp sostenibbli tal-ekonomija u s-soċjetà tagħhom u jimminaw l-iżvilupp tad-demokrazija fil-pajjiż.

    (3)

    Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għal misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Eġizzjan, u persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

    2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.

    3.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt dawk il-kondizzjonijiet li hija tikkunsidra adatti, wara li tiddetermina li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

    (a)

    meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u tal-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew dejn ipotekarju, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

    (b)

    maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-għoti ta’ servizzi legali;

    (c)

    maħsubin esklussivament għall-pagament ta' miżati jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma jew manteniment ordinarji ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; jew

    (d)

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hija tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

    Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

    4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati jkunu l-oġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1 ġew elenkati fl-Anness, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

    (b)

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati jkunu ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw pretensjonijiet ibbażati fuq tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

    (c)

    il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

    (d)

    ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

    L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

    5.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu elenkati milli jagħmlu ħlas dovut taħt kuntratt li jkunu daħlu fih qabel id-data li fiha tali persuna, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness, sakemm l-Istat Membru konċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp msemmija fil-paragrafu 1.

    6.   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

    (a)

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b)

    ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru suġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2,

    sakemm kwalunkwe imgħax bħal dan, u qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu suġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

    Artikolu 2

    1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista li tinsab fl-Anness.

    2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp konċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

    3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp skont il-każ.

    Artikolu 3

    1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 1(1).

    2.   L-Anness għandu jkun fih ukoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    Artikolu 4

    Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2012.

    Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON

    ANNESS

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

    Isem

    (u kwalunkwe psewdonimu)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-indikazzjoni

    1.

    Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

    Ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

    Data tat-twelid 04.05.1928

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    2.

    Suzanne Saleh Thabet

    Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

    Data tat-twelid: 28.02.1941

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    3.

    Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

    Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

    Data tat-twelid: 26.11.1960

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    4.

    Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh

    Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

    Data tat-twelid: 05.10.1971

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    5.

    Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

    Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

    Data tat-twelid: 28.12.1963

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    6.

    Khadiga Mahmoud El Gammal

    Mart is-Sur Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

    Data tat-twelid: 13.10.1982

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    7.

    Ahmed Abdelaziz Ezz

    Ex-Membru tal-Parlament

    Data tat-twelid: 12.01.1959

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    8.

    Abla Mohamed Fawzi Ali Ahmed

    Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz

    Data tat-twelid: 31.01.1963

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    9.

    Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin

    Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz

    Data tat-twelid: 25.05.1959

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    10.

    Shahinaz Abdel Aziz Abdel Wahab Al Naggar

    Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz

    Data tat-twelid: 09.10.1969

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    11.

    Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby

    Ex-Ministru tad-Djar, l-Utilitajiet Pubbliċi u l-Iżvilupp Urban

    Data tat-twelid: 16.05.1945

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    12.

    Naglaa Abdallah El Gazaerly

    Mart is-Sur Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby

    Data tat-twelid: 03.06.1956

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    13.

    Rachid Mohamed Rachid Hussein

    Ex-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija

    Data tat-twelid: 09.02.1955

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    14.

    Hania Mahmoud Abdel Rahman Fahmy

    Mart is-Sur Rachid Mohamed Rachid Hussein

    Data tat-twelid: 05.07.1959

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    15.

    Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

    Ex-Ministru tat-Turiżmu

    Data tat-twelid: 20.02.1959

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    16.

    Jaylane Shawkat Hosni Galal Eldin

    Mart is-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

    Data tat-twelid: 08.01.1960

    Mara

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    17.

    Amir Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

    Bin is-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

    Data tat-twelid: 21.09.1990

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    18.

    Habib Ibrahim Habib Eladli

    Ex-Ministru tal-Intern

    Data tat-twelid: 01.03.1938

    Raġel

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

    19.

    Elham Sayed Salem Sharshar

    Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli

    Data tat-twelid: 23.01.1963

    Top