This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0070
Council Decision 2011/70/CFSP of 31 January 2011 updating the list of persons, groups and entities subject to Articles 2, 3 and 4 of Common Position 2001/931/CFSP on the application of specific measures to combat terrorism
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/70/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/70/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
ĠU L 28, 2.2.2011, p. 57–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/07/2011; Imħassar b' 32011D0430
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001E0931 | Sostituzzjoni | anness | 02/02/2011 | |
Repeal | 32010D0386 | Revoka parzjali | 02/02/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32011D0430 |
2.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/70/PESK
tal-31 ta’ Jannar 2011
li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1). |
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/386/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2). |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, hu meħtieġ li ssir reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2010/386/PESK. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill għamel fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
(5) |
Soġġett għall-appell pendenti fil-Kawża T-348/07, il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet l-oħra li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha. |
(6) |
Minħabba l-appell pendenti fil-Kawża T-348/07, il-Kunsill iddeċieda li l-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/386/PESK m’għandhiex titħassar fir-rigward ta’ grupp wieħed. Ir-reviżjoni fir-rigward ta’ dak il-grupp għadha għaddejja. |
(7) |
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/386/PESK hija b’dan imħassra ħlief fejn hija tikkonċerna l-grupp imsemmi fl-entrata numru 25 tal-Parti 2 tal-Anness tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.
(2) ĠU L 178, 13.7.2010, p. 28.
ANNESS
LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1, LI GĦALIHOM JAPPLIKAW L-ARTIKOLU 2, 3 U 4 TAL-POŻIZZJONI KOMUNI 2001/931/PESK
1. Persuni
1. |
ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al- Hijra” |
2. |
ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
3. |
AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita |
4. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija |
5. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis- 16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin tal-Għarabja Sawdija |
6. |
ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit- 18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
7. |
ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit- 13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
8. |
ASLI, Rabah imwieled fit- 13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija)- membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
9. |
ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu |
10. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair; magħruf ukoll bħala Sobiar; magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) - membru tal-“Hofstadgroep” |
11. |
DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl- 1.2.1972 fl-Alġerija - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
12. |
DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl- Alġerija - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
13. |
EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 - membru tal-“Hofstadgroep” |
14. |
EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl- 10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f’El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija |
15. |
FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl- 10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
16. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu |
17. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555 |
18. |
MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis- 26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
19. |
NOUARA, Farid imwieled fil- 25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
20. |
RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
21. |
SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit- 23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
22. |
SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl- 14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
23. |
SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) - membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra” |
24. |
TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) - membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra” |
25. |
WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis- 6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 - membru tal-“Hofstadgroep” |
2. Gruppi u entitajiiet
1. |
L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” - “ANO”, (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l- Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”) |
2. |
“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa” |
3. |
“Al-Aqsa e.V.” |
4. |
“Al-Takfir” u “al-Hijra” |
5. |
“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema,” magħruf ukoll bħala “Aleph”) |
6. |
“Babbar Khalsa” |
7. |
Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża n-“New Peoples Army” - “NPA”, il-Filippini |
8. |
“Gama’a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya” - “IG”) “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-C“(Il-Front Kbir Islamiku tal- Ġellieda tal-Lvant) |
9. |
“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-Ć” (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant) |
10. |
“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem” |
11. |
“Hizbul Mujahideen “ - “HM” |
12. |
“Hofstadgroep” |
13. |
Il-“Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp” |
14. |
Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” - “ISYF” |
15. |
Il-“Forza Khalisan Zindabad” - “KZF” |
16. |
Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” - “PKK”, (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”) |
17. |
“Tigri għal-Liberazzjoni ta’ Tamil Eelam” - “LTTE” |
18. |
L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”) |
19. |
Il-“Jihad Islamika Palestinjana” - “PIJ” |
20. |
Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” - “PFLP” |
21. |
Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”) |
22. |
“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”) - “FARC” |
23. |
“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” (L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu) - “DHKP/C”, (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”) |
24. |
It-“Triq li Tiddi” - “SL” (“Sendero Luminoso”) |
25. |
“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” - “TAK”, (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”) |
26. |
Il-“Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” - “AUC” (“Autodefensas Unidas de Colombia”) |