EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1193
Commission Regulation (EU) No 1193/2010 of 16 December 2010 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Maine-Anjou (PDO)]
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2010 tas- 16 ta’ Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maine-Anjou (DPO)]
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2010 tas- 16 ta’ Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maine-Anjou (DPO)]
ĠU L 333, 17.12.2010, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
17.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1193/2010
tas-16 ta’ Diċembru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maine-Anjou (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tiegħu, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Maine-Anjou”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
L-Italja ressqet oġġezzjoni kontra din ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont l-Artikolu 7 (3) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni kienet dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, partikularment rigward ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità tal-prodott. L-oġġezzjoni ddikjarat ukoll li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni konċernata mhiex se tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, b'mod partikulari minħabba konflitt bejn id-denominazzjoni li se tiġi rreġistrata u d-denominazzjoni ta' razza ta' annimal, magħruf bħala Maine-Anjou. |
(4) |
Finalment l-oġġezzjoni kienet ukoll dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, partikularment rigward id-denominazzjoni rreġistrata parzjalment omonima “Bœuf du Maine”. |
(5) |
Il-Kummissjoni, permezz tal-ittra tad-9 ta' Lulju 2009, stiednet lil Franza u lill-Italja biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom. |
(6) |
Wara konsultazzjonijiet, Franza infurmat lill-Kummissjoni permezz ta' ittra bid-data tal-5 ta' Frar 2010 li ntlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma sarux emendi fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
(7) |
Għalhekk id-denominazzjoni “Maine-Anjou” sottomessa minn Franza, tista' tiġi rreġistrata, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 307, 2.12.2008, p. 11.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)
FRANZA
Maine-Anjou (DPO)