Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1167

    Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1167/2010 tad- 9 ta' Diċembru 2010 li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Modena (DPO)]

    ĠU L 326, 10.12.2010, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1167/oj

    10.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 326/72


    REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (UE) Nru 1167/2010

    tad-9 ta' Diċembru 2010

    li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Modena (DPO)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto di Modena”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

    (2)

    Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, għalhekk l-emendi għandhom jiġu approvati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi, tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

    (3)  ĠU C 72, 20.3.2010, p. 20.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

    Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

    L-ITALJA

    Prosciutto di Modena (DPO)


    Top