This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1085
Commission Regulation (EU) No 1085/2010 of 25 November 2010 opening and providing for the administration of certain annual tariff quotas for importing sweet potatoes, manioc, manioc starch and other products falling within CN codes 07149011 and 07149019 and amending Regulation (EU) No 1000/2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal- 25 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi kwoti tariffarji annwali u mod għall-ġestjoni tagħhom għall-importazzjoni tal-patata ħelwa, tal-manjoka, tal-lamtu tal-manjoka u ta' prodotti oħra rilevanti għal kodiċijiet NM 07149011 u NM 07149019 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1000/2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal- 25 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi kwoti tariffarji annwali u mod għall-ġestjoni tagħhom għall-importazzjoni tal-patata ħelwa, tal-manjoka, tal-lamtu tal-manjoka u ta' prodotti oħra rilevanti għal kodiċijiet NM 07149011 u NM 07149019 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1000/2010
ĠU L 310, 26.11.2010, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R1987 Ara Art. 4
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31993R2454 | artikolu 308 QUARTER P2 | |||
Derogation | 31993R2454 | artikolu 308 QUARTER P3 | |||
Repeal | 31996R2402 | 29/11/2010 | |||
Repeal | 32008R0027 | 29/11/2010 | |||
Implicit repeal | 32008R0413 | 01/01/2011 | |||
Modifies | 32010R1000 | abolizzjoni | artikolu 1 | 29/11/2010 | |
Modifies | 32010R1000 | abolizzjoni | artikolu 2 | 29/11/2010 | |
Modifies | 32010R1000 | abolizzjoni | artikolu 3 | 29/11/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32019R0386 | Żieda | anness Test | ||
Repealed by | 32020R1987 | 01/01/2021 |
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1085/2010
tal-25 ta’ Novembru 2010
li jistabbilixxi kwoti tariffarji annwali u mod għall-ġestjoni tagħhom għall-importazzjoni tal-patata ħelwa, tal-manjoka, tal-lamtu tal-manjoka u ta' prodotti oħra rilevanti għal kodiċijiet NM 0714 90 11 u NM 0714 90 19 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1000/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bħala riżultat tal-ftehimiet li ntlaħqu waqt in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-Kummissjoni stabbilixxiet lista ta' “CXL-Communautés européennes” (minn issa 'l quddiem “il-lista CXL”) li tiġbor fiha l-konċessjonjiet li ngħataw. Din il-lista tobbliga lill-Unjoni biex tiftaħ ċerti kwoti tariffarji annwali għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0714 10 91, 0714 10 98, 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw fl-Indoneżja, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (iċ-Ċina) f’partijiet kontraenti oħra għall-WTO minbarra t-Tajlandja, u f’ċerti pajjiżi terzi mhux membri tal-WTO. Taħt dawk il-kwoti d-dazju tad-dwana huwa limitat għal 6 % ad valorem. Dawn il-kwoti għandhom jinfetħu fuq bażi multiannwali u għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni. |
(2) |
Il-lista CXL tobbliga wkoll lill-Unjoni biex tiftaħ żewġ kwoti tariffarji ta' bla dazju għal patata ħelwa li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0714 20 90 favur iċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra rispettivament, kif ukoll żewġ kwoti tariffarji għal lamtu tal-manjoka li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1108 14 00 favur pajjiżi terzi oħra. |
(3) |
Il-Ftehim permezz ta' skambju ta' ittri dwar il-konsultazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXIII tal-GATT (2) (minn issa 'l quddiem msejjaħ “il-ftehim mat-Tajlandja”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996, dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXIII tal-GATT (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali], li jistipula l-ftuħ ta' kwota tariffarja annwali awtonoma addizzjonali tal-lamtu tal-manjoka ta' 10 500 tunnellata, li 10 000 minnhom huma allokati għat-Tajlandja. Id-dazju applikabbli huwa ugwali għal dak tan-nazzjon l-iktar vantaġġat (dazju NPF – droit de la Nation la Plus Favorisée) fis-seħħ imnaqqas b'EUR 100 kull tunnellata. |
(4) |
Attwalment, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni għall-ġestjoni ta' dawn il-kwoti tariffarji kollha flimkien, minn issa 'l quddiem imsejjħa “il-kwoti” huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffa annwali għal patata ħelwa u karboidrat manjoku [il-lamtu tal-manjoka] (4), kif ukoll bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2008 tal-15 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji annwali għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0714 10 91, ex 0714 10 98, 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja (5). |
(5) |
L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f'setturi agrikoli oħra, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li dawn il-kwoti jiġu ġestiti skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c)(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6). |
(6) |
Minħabba l-partikolaritajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta' amministrazzjoni għall-oħra, l-Artikolu 308(c)(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 m’għandux japplika għall-perjodu ta' kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011. |
(7) |
Fil-każ tal-patata ħelwa, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn patata ħelwa maħsuba għall-konsum uman u prodotti oħra; għalhekk huwa xieraq li jiġi definit il-mod ta' kif tiġi ppreżentata u ppakkjata l-patata ħelwa maħsuba għall-użu imsemmi hawn fuq u li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0714 20 10 u prodotti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-preżentazzjoni u tal-ippakkjar kif definiti jitqiesu li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0714 20 90. |
(8) |
Huwa meħtieġ li tinżamm sistema ta’ ġestjoni li tiżgura li prodotti li joriġinaw mill-Indoneżja, miċ-Ċina u mit-Tajlandja biss jistgħu jiġu importati skont il-kwoti allokati lil dawn il-pajjiżi. Għandu jkun ikkjarifikat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta biex wieħed jibbenefika mill-kwoti tariffarji taħt is-sistema ta' “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96 u (KE) Nru 27/2008, għandhom jitħassru u jinbidlu b'Regolament ġdid. Madankollu huwa xieraq li r-Regolamenti imsemmija jinżammu applikabbli għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel dawk koperti b’dan ir-Regolament. |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1, 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1000/2010 tat-3 ta' Novembru 2010 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonjiet u l-forniment tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-2011 fil-qafas tal-kwoti tariffarji relatati mal-patata ħelwa, il-lamtu tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, li jidderogaw mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004 u (KE) Nru 951/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati tal-forniment tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-2011 fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju għajr għall-kwoti (7) li ma għadhomx japplikaw minħabba t-trasferiment tal-ġestjoni ta' dawn il-kwoti għas-sistema ta' “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” stipulata fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Jeħtieġ għalhekk li jitħassru. |
(11) |
Il-miżuri stipulati b'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tarriffarji tal-importazzjoni stipulati fl-Anness. Dawn il-kwoti għandhom jiġu ġestiti abbażi ta' sena kalendarja, li tibda mill-1 ta' Jannar 2011.
Artikolu 2
Il-kwoti indikati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308(c)(2) u (3), tar-Regolament imsemmi ma għandux japplika għall-perjodu ta' kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011.
Artikolu 3
Il-benefiċċju tal-kwoti tariffarji bin-numru tas-serje 09.0125, 09.0126 jew 09.0124 u 09.0127 indikati fl-Anness għal prodotti li joriġinaw mit-Tajlandja, mill-Indoneżja jew mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, rispettivament, għandu jkun bil-kundizzjoni tal-preżentazzjoni ta' ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hija meqjusa bħala prodott maħsub għall-konsum uman fi ħdan il-kodiċi NM 0714 20 10 il-patata ħelwa, friska, u sħiħa imqiegħda f'imballaġġi immedjati, filwaqt li jsiru l-formalitajiet tad-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw biss għal patata ħelwa li mhix maħsuba għall-konsum uman skont it-tifsira stipulata fil-paragrafu 1.
3. “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-prodotti bil-kodiċi NM ex 0714 10 98’ huma dawk il-prodotti miksuba minn dqiq jew smida li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0714 10 98.”
Artikolu 5
Ir-Regolmenti (KE) Nru 2402/96 u (KE) Nru 27/2008 huma mħassra. Madankollu, ikomplu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2011 u sal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 6
Fir-Regolament (KE) Nru 1000/2010, l-Artikoli 1, 2 u 3 huma mħassra.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 122, 22.5.1996, p. 16.
(3) ĠU L 122, 22.5.1996, p. 15.
(4) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 14.
(6) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(7) ĠU L 290, 6.11.2010, p. 26.
ANNESS
Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikattiva biss. L-ambitu tal-applikazzjoni tal-kwoti, fil-qafas ta’ dan l-Anness, huwa determinat mill-iskop tal-kodiċijiet NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċijiet NM/Prodott |
Oriġini |
Dazju doganali |
Kwota tariffarja annwali (f'tunnellati, piż nett) |
09.0124 |
0714 20 90 Patata ħelwa maħsuba għal skopijiet li mhumiex il-konsum mill-bniedem |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Bla dazju |
600 000 |
09.0125 |
1108 14 00 Lamtu tal-manjoka |
It-Tajlandja |
Id-dazju applikabbli huwa ugwali għak dak tan-nazzjon l-iktar vantaġġat (dazju MFN) fis-seħħ imnaqqas b'EUR 100 kull tunnellata. |
10 000 |
09.0126 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
L-Indoneżja |
6 % ad valorem |
825 000 |
09.0127 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
6 % ad valorem |
350 000 |
09.0128 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
Pajjiżi terzi membri tal-WTO bl-eċċezzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, it-Tajlandja u l-Indoneżja |
6 % ad valorem |
145 590 |
09.0130 |
0714 10 91 , 0714 90 11 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-WTO |
6 % ad valorem |
2 000 |
09.0129 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-WTO |
6 % ad valorem |
30 000 |
09.0131 |
0714 20 90 Patata ħelwa maħsuba għal skopijiet li mhumiex il-konsum uman |
Pajjiżi terżi minbarra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Bla dazju |
5 000 |
09.0132 |
1108 14 00 Lamtu tal-manjoka |
Il-pajjiżi terzi kollha |
Id-dazju applikabbli huwa ugwali għak dak tan-nazzjon l-iktar vantaġġat (dazju MFN) fis-seħħ imnaqqas b'EUR 100 kull tunnellata. |
10 500 |